BMLT100
Il-Fonetika u l-Fonoloġija tal-Malti
Dan il-modjul jintroduċi l-istudju tal-fonetika u tal-fonoloġija tal-Malti. Il-modjul jibda b’ħarsa ġenerali ta’ kif jiġi ġġenerat il-ħoss u mbagħad jgħaddi sabiex janalizza l-karatteristiċi tal-fonetika artikolatorja, u d-deskrizzjoni tal-komponenti segmentali u suprasegmentali tas-sistema tal-ħoss tal-Malti. Wara dan, jiġu diskussi l-fonoloġija u l-analiżi fonoloġika, il-mekkaniżmi u l-prinċipji fonoloġiċi; u kif il-ħsejjes tad-diskorsi jiġu organizzati fil-Malti. F’din il-parti tingħata wkoll ħarsa ġenerali lejn id-differenzi fonoloġiċi bażiċi bejn il-Malti Standard u l-varjetajiet djalettali differenti fil-Malti. Il-kors janalizza wkoll il-kunċetti fundamentali bħall-fonema, ir-rwol tal-karatteristiċi distintivi tagħna, u mbagħad jgħaddi sabiex janalizza fid-dettall il-kunċett tas-sillaba u tar-regoli fonotattiċi. L-għan ewlieni ta’ dan il-modjul huwa li jintroduċi l-kunċetti bażiċi tal-analiżi fonetika u fonoloġika sabiex l-istudenti jsiru familjari mal-mekkaniżmi tal-produzzjoni tal-ħoss u jitħarrġu kif jipperċepuhom, jidentifikawhom u jittraskrivuhom permezz tal-simboli tal-Alfabett Fonetiku Internazzjonali. Dan sabiex imbagħad ikollhom l-għodda neċessarja ħalli japplikaw dan l-għarfien sabiex itejbu u jsaħħu l-lezzjonijiet tat-taħdit, tal-qari u tas-smigħ fis-suġġett tal-Malti u tal-Malti għall-Barranin.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jifhmu l-aspetti segmentali tal-Malti u japplikaw il-prinċipji tad-deskrizzjoni u tal-klassifikazzjoni tal-konsonanti u tal-vokali tal-Malti;
b. Jifhmu r-rwol, l-użu, u s-simboli tal-Alfabett Fonetiku Internazzjonali (AFI) u japplikaw l-AFI sabiex jittraskrivu kliem u sentenzi bil-Malti Standard;
c. Japplikaw il-fehim tal-kunċetti fonoloġiċi bażiċi sabiex janalizzaw id-diskors Malti;
d. Japplikaw l-għarfien tal-fonetika u tal-fonoloġija fil-lezzjonijiet;
e. Japplikaw il-prinċipji fonetiċi biex jipproduċu b’mod eżatt il-ħsejjes bil-Malti Standard;
f. Juru profiċjenza fit-traskrizzjoni fonetika u fonemika biex jirrappreżentaw il-ħsejjes tat-taħdit bil-Malti.
a. Jifhmu l-kunċett tal-karatteristiċi distintivi u jużawhom biex janalizzaw id-differenzi bejn il-fonemi tal-Malti;
b. Jispjegaw id-distinzjonijiet ewlenin bejn il-ħsejjes bil-Malti Standard u dak djalettali;
c. Janalizzaw l-interazzjonijiet bejn il-ħsejjes individwali fil-Malti, inkluż it-tleħħin, l-assimilazzjoni u r-regoli;
d. Jagħrfu u jidentifikaw id-differenzi fonetiċi u fonoloġiċi bejn il-Malti Standard u dak djalettali;
e. Jidentifikaw il-mudelli u r-regoli li jiffurmaw is-sillabi;
f. Jifhmu d-differenza bejn il-fonetika u l-fonoloġija u jispjegaw kunċetti fonoloġiċi bażiċi.
a. Jiksbu l-ħila sabiex jgħallmu b’mod effettiv il-pronunzja korretta tal-Malti lill-istudenti, speċjalment lill-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija u l-istudenti Maltin li l-ewwel lingwa tagħhom mhijiex il-Malti;
b. Jagħrfu l-ħtiġijiet speċifiċi u individwali tal-pronunzja tal-istudenti u jaddattaw it-tagħlim tagħhom, speċjalment fejn jidħol it-taħdit skont dan;
c. Jiddeterminaw liema huma l-attivitajiet għat-tagħlim l-aktar effettivi biex jintlaħqu l-kisbiet meta qed jippjanaw il-lezzjoni;
d. Jużaw għajnuniet awdjoviżwali biex itejbu l-pronunzja l-korretta tal-Malti Standard;
e. Ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisba tat-taħdit.
This module will be assessed through: Assenjament (50%) u Preżentazzjoni (50%).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: