Search

BMLT101
Ir-Romantiċiżmu

MQF Level: 6

ECTS Value: 5 ECTS

Self Study Hours: 60

Contact Hours: 25

Assessment Hours: 40

Duration: 10 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

Dan il-kors għandu l-għan li jistudja u jesplora r-Romantiċiżmu fil-letteratura Maltija, kemm fin-narrattiva kif ukoll fil-poeżija. Fid-diversi xogħlijiet letterarji li nkitbu f’dan il-perjodu se nixtarru l-prinċipji ewlenin tar-Romantiċiżmu. Ninnotaw kif l-awturi u l-poeti Maltin ħaddnu dawn il-prinċipji u pproduċew letteratura Romantika li ssegwi dik Ewropea. Naraw kif dawn il-kittieba użaw il-letteratura bħala arma, biex tqajjem kuxjenza fost il-poplu. Ix-xogħlijiet letterarji Romantiċi baqgħu jinkitbu sa ftit iktar min-nofs is-seklu 20. Permezz ta’ xogħlijiet letterarji li nkitbu matul il-medda ta’ snin li fihom ir-Romantiċiżmu kien in-nifs tal-lettaratura Maltija, se niddiskutu u nanalizzaw l-elementi u l-karatteristiċi li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet Romantiċi, il-patrijottiżmu, in-nostalġija, ir-reliġjon, l-għożża tan-natura, l-immaġinattiv u l-fantastiku, u s-sentiment. F’dawn il-lekċers se naraw kif il-letteratura Romantika għolliet id-dinjità u l-importanza tal-lingwa Maltija. Il-letteratura Maltija bdiet tinkiteb kollha bil-Malti, fi żmien meta l-Malti sar l-ilsien Nazzjonali u uffiċċjali. Ninnotaw u naraw kif il-letteratura Romantika tippreżentalna ritratt perfett tal-qagħda soċjali tal-poplu Malti, bit-tbatijiet u d-diffikultajiet li kienu jgħixu fihom. Niddiskutu din il-qagħda u l-effett tagħha fuq is-soċjetà u l-iskop tal-kittieba li jqanqlu kuxjenza Nazzjonali u dinjituża fil-poplu.Fil-poeżija nanalizzaw il-prosodija u l-metrika tal-poeżija Romantika kif ukoll l-użu tal-lingwa. Naraw ukoll x’kienu t-temi l-iktar diskussi f’dawn il-poeżiji u x’kien l-iskop tal-poeti u l-messaġġ ewlieni li riedu jwasslu lill-poplu f’dan il-perjodu diffiċli. 

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Janalizza biċċa xogħol letterarja Romantika fil-kuntest letterarju Romantiku;

b. Jislet mix-xogħlijiet letterarji li jkollu fis-sillabu l-karatteristiċi tal-letteratura Romantika;

c. Jagħraf u japprezza l-importanza tal-istorja ta’ Malta biex jifhem iktar il-letteratura Romantika u allura jagħraf iktar is-siwi tagħha;

d. Jagħraf l-istil u l-prosodija tal-poeżija Romantika u għaliex hija differenti mill-Moderna jew minn dik tad-disgħinijiet jew tas-seklu 21.

Knowledge 

a. Jiddeskrivi teoriji letterarji u l-karatteristiċi ewlenin marbuta mar-Romantiċiżmu;

b. Jirrakkonta realtajiet soċjali, politika, storika, tradizzjonali taż-żmien relatat mal-perjodu Romantiku;

c. Jiddistingwi bejn il-prosodija, l-istil ta’ kitba, il-lingwa u l-vokabularju użat fil-lettaratura Romantika.

Skills

a. Jinterpreta u jispjega b’mod ċar il-letteratura Romantika li jkollu fis-sillabu;

b. Jagħraf, jislet u jwassal il-karatteristiċi Romantiċi fix-xogħlijiet letterarji li jrid jgħallem, u jispjega b’mod ċar għaliex huma xogħlijiet Romantiċi;

c. Janalizza l-letteratura Romantika fil-kuntest soċjali li fih inkitbet u jagħraf jislet ukoll tagħrif soċjali, politiku u kulturali barra dak letterarju.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Assenjament (100%), li fih il-parteċipanti jintalbu riflessjonijiet, elementi, karatteristiċi u temi sinonimi mar-Romantiċiżmu, li ġew analizzati u diskussi fil-klassi.  

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Attard, Josette. “L-Estetika Maltija – Antoloġija Kritika,” Mireva, 1997.
  2. Sammut, Patrick. “Tieqa fuq Kittieba Maltin”. DeLaSalle Pubblications, 2003.
  3. Briffa, Charles. “Il-Letteratura Maltija – L-Istorja tan-Narrattiva”. Malta University Pubblications, 2008.
  4. Friggieri, Oliver. “Storja tal-Letteratura Maltija”, Lux Press, 1979.
  5. Somers, Jeffrey. “Romanticism in Literature: Definition and Examples”. (https://www.thoughtco.com/romanticism-definition-4777449 )
  6. Luebering, J.E. “Romanticism”. (https://www.britannica.com/art/Romanticism )
  7. Bejn Ħaltejn, l-Antoloġija tas-SEC retrieved from
  8. https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/esil-malti-antoloija/
  9. Saliba, C. D. (2024). Lehma Fehma (4th Ed.), BDL Publishing.
Supplementary Reading List
  1. Caruana, Anton Emanuel. Ineż Farruġ.
  2. Galea, Ġużè. San Ġwann.
  3. Galea, Ġużè. Żmien l-Ispanjoli. 1937
  4. Ġużè. Raġel bil-Għaqal. 1943.
  5. Mamo, Juan. Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka. 1930
  6. Ellul Mercer, Ġużè. Leli ta’ Ħaż-Żgħir.
  7. Born, Wistin. Is-Salib tal-Fidda,
  8. Bonnici, Ġużè. Ħelsien.
  9. Orlando, Ġużè. L-Ibleh.
  10. Friggieri, Oliver. Il-Poeżija Maltija.
  11. Pisani, Ġorġ. L-Għid taż-Żgħożija.
  12. Cortis, Toni. Antoloġija ta’ Versi Patrijottiċi.
  13. MATSEC Maltese Syllabus (Intermediate & Advanced Level) retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/
  14. SEC Maltese Syllabus (Ordinary Level) retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/SEC
  15. Maltese School Based Assessment retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/markingschemesandexemplars/
Skip to content