Search

BMLT103
L-Idea u t-Teoriji tal-Letteratura

MQF Level: 6

ECTS Value: 4 ECTS

Self Study Hours: 48

Contact Hours: 20

Assessment Hours: 32

Duration: 8 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

Din l-unità għandha l-għan li tistħarreġ l-aspetti primarji tal-arti letterarja fid-dawl ta’ xi prinċipji importanti tal-kritika. F’din l-unità nindagaw topiks bħal – it-tifsira storika u dik estetika, ix-xejra allegorika tal-letteratura, il-kunċett tal-kritika, xi aspetti tal-lingwa letterarja, l-istħarriġ tat-test bħala l-ħajja/l-esperjenza trasformata fi kliem, u t-tensjoni sinonima u evidenti fl-espressjoni letterarja.  L-unità tagħti ukoll idea ġenerali ta’ xi prinċipji ewlenin tat-teorija letterarja mill-Klassiċi (bħal Platun u l-Poetika ta’ Aristotli u Orazju) sal-lum il-ġurnata. Din l-unità janalizza r-relazzjoni kittieb-test-qarrej u b’mod partikulari ir-Romantiċiżmu.

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Jifhem u jixtarr x’inhi l-letteratura u t-teorija letterarja;

b. Jifhem u jixtarr ix-xejriet ewlenin sinonimi mal-letteratura, bħall-allegorija, it-tifsira universali u l-letteratura bħala arti, fost oħrajn;

c. Jifhem u jixtarr sew il-kunċett tal-kritika letterarja;

d. Jadatta u jiffaċilita l-għarfien li kiseb mill-unità għal-livell tal-istudenti li jkun jgħallem;

e. Jifhem kemm il-letteratura hija l-ħajja miktuba;

f. Jagħraf jiddistingwi bejn metodi differenti għall-apprezzament letterarju;

g. Japprezza l-iżvilupp storiku ta’ xi teoriji letterarji matul iż-żminijiet;

h. Japprezza r-rabta bejn teoriji politiċi-soċjali u l-letteratura;

I. Japprezza t-teoriji letterarji tar-Romantiċiżmu u l-femminiżmu, fost oħrajn.

Knowledge 

a. Jifhem sew għaliex il-letteratura tista’ titqies bħala kitba li l-bażi tagħha hija l-ħajja u l-esperjenzi tal-kittieb;

b. Jagħraf l-elementi essenzjali tal-letteratura;

c. Jiddistingwi u jifhem b’mod ċar il-forom ta’ metafori differenti;

d. Jifhem b’mod ċar il-kunċett tal-letteratura bħala allegorija;

e. Jifhem li t-teorija letterarja mhix aspett tant diffiċli u li l-kontenut tas-suġġett mhuwiex ’il fuq mill-profiċjenza tiegħu;

f. Jifhem b’mod ċar x’inhu xogħol letterarju;

g. Jifhem li l-letteratura tuża l-lingwa bi stili partikulari;

h. Jifhem li l-letteratura tbiddel u tintensifika l-lingwa komuni;

i. Jifhem li l-letteratura tiżvija sistematikament mid-diskors mit-taħdit ta’ kuljum;

j. Jifhem li t-teorija letterarja hija sinonima mat-teorija kulturali;

k. Japprezza aktar il-validità u l-importanza tar-Romantiċiżmu u l-Marxiżmu fil-ħajja tal-lum.

Skills

a. Jagħraf ix-xejriet tat-test letterarju;

b. Jagħraf il-prinċipji fundamentali tal-letteratura;

c. Jagħraf il-mekkaniżmu fundamentali tal-letteratura;

d. Jifhem test letterarju migħajr ebda diffikultà;

e. Jifhem il-valur tal-letteratura u kif taħdem;

f. Jgħaddi l-għarfien letterarju lill-istudenti li jkun jgħallem jew tgħallem.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Komponiment (100%) li fih il-parteċipanti jiddiskutu tema minn lista li tkun ippreżentata lilhom.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Eagleton, T. (2008). Literary Theory – An Introduction. Blackwell, U.K.
  2. Żammit, Ġ. (1979). ‘Ix-Xejriet Ewlenin ta’ Ruħ Romantika.’ Hyphen, II, 2, pp. 89-95.
  3. Il-poeti Moderni Maltin – Tradizzjoni, Żvantaġġ Storiku u Bidla mill-Qiegħ.’ Hyphen, II, 6, 1981, pp. 256-262.
  4. Attard, J. (2011). Storja tal-Estetika: Letterarja Maltija. Malta University Press.
  5. Friggieri, O. (1996) L-Idea tal-Letteratura, KKM.
  6. Fry, P. (2012). Theory of Literature. Yale University Press.
  7. Prawer, S. S. (1976). Karl Marx and World Literature. Oxford: Clarendon Press.
Supplementary Reading List
  1. Williams, R. (1990) (8 edition). Marxism and Literature. Oxfor University Press.
  2. Saydon R. (2019). Ir-Realtà li Toħloq il-Letteratura. Teżi tal-Baċellerat. L-Università ta’ Malta.
  3. De Luca, B., Grillo, U., Pace, P. & Ranzoli, S. (1998). Views of Literature – Text, Context and Film, Volume 1, Loescher Editore.
  4. Friggieri, O. (1979). Storja tal-Letteratura Maltija – L-Ewwel Volum. Klabb Kotba Maltin.
  5. Friggieri, O. (1995). Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija: Lejn Definizzjoni Storeika-Kulturali. PEG Ltd.
  6. Dutton, R. (1984). An Introduction to Literary Criticism. Longman York Press.
Skip to content