Search

BMLT413
It-Teatru Malti

MQF Level: 6

ECTS Value: 4 ECTS

Self Study Hours: 48

Contact Hours: 20

Assessment Hours: 32

Duration: 8 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

L-għan ta’ din it-taqsima hu li jiffamiljarizza lill-parteċipanti mal-iżvilupp tat-teatru u d-dramm Malti b’mod partikulari għall-esponenti tad-dramm Malti matul is-seklu għoxrin, bħal Ninu Cremona, Ġużè Chetcuti, Ġużè Diacono u Ġużè Aquilina. Jintroduċi wkoll lill-parteċipanti għat-Teatru Malti mill-Indipendenza sal-Kontemporanju billi jintroduċi lill-parteċipanti mal-esponenti ewlenin tad-dramm Malti matul dawn is-snin, bħal Francis Ebejer, Alfred Sant, Alfred Buttigieg u Oliver Friggieri fost oħrajn. Għalhekk l-għan ewlieni ta’ din it-taqsima hu għarfien aġġornat tal-iżvilupp fit-teatru Malti matul is-seklu għoxrin u l-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin.    

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Jikkuntrasta u jikkumpara stadji differenti fl-evoluzzjoni tat-teatru Malti;

b. Japprezza l-fatturi li nfluwenzaw it-teatru tad-drammaturgi li jkunu mistħarġa matul il-modjul;

c. Jiddistingwi l-ġeneri differenti fl-istorja tat-teatru Malti;

d. Jiffamiljarizza ruħu mal-istorja tat-teatru Malti, b’mod partikulari
dak tas-seklu għoxrin;

e. Jifhem u japprezza it-tifsira ta’ xogħol teatrali, jiġifieri produzzjoni
teatrali ta’ dramm;

f. Jifhem u japprezza li l-ispettaklu teatrali ma jistax jibqa’ ħaj ħlief fil-memorja ta’ min imur jarah, u li ma jistax jirrepeti ruħu.

Knowledge 

a. Jifhem x‘inhi t-teknika drammatika;

b. Jiddistingwi b’mod espliċitu bejn it-teatru romantiku, dak melodrammatiku, dak realistiku, dak soċjali, dak simboliku, dak espressjonista;

c. Jagħraf x’differenzi jgħaddu bejn ir-realiżmu u n-naturaliżmu fid-teatru u d-dramm Malti;

d. Jispjega il-kontribut ta’ drammaturgi ewlenin għall-iżvilupp tat-teatru Malti, bħalma huma Ninu Cremona, Ġużè Chetcuti, Ġużè Aquilina, Ġużè Diacono, Francis Ebejer u Alfred Sant;

e. Jagħraf il-qagħda tal-palk Malti matul is-seklu għoxrin u l-ewwel kwart tas-seklu wieħed u għoxrin;

f. Jifhem x’importanza għandu d-djalogar fid-dramm;

g. Jifhem it-teknika drammatika u l-filosofija tad-drammaturgi.

Skills

a. Jidentifika l-partijiet differenti ta’ test drammatiku;

b. Jispjega kif dawn il-partijiet jaħdmu flimkien f’test drammatiku;

c. Jiddistingwi bejn rappreżentazzjoni u qari ta’ test drammatiku;

d. Jislet u jiddeskrivi l-karatteristiċi differenti ta’ drammi;

e. Jagħmel kritika ta’ dramm;

f. Jiddistingwi bejn djalogu u d-didaskalija fi dramm;

g. Jifhem sew l-importanza tal-azzjoni/plott, l-ambjent u l-personaġġi fi dramm.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Komponiment (100%) li fih il-parteċipant jiddiskuti tema minn lista li tkun ippreżentata lilu.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Galea, M. (1997) ed. It-Teatru Malti tas-Seklu Dsatax Vol. I – II. Malta: Mireva.
  2. Diacono, Ġ. (1972). Wara Ibsen. Melitensia Publications.
  3. Friggieri, O. (1976). Kittieba ta’ Żmienna. Malta: A.C. Aquilina & Co.
  4. Friggieri, O. (1973). Ir-ruħ fil-Kelma. Malta: Klabb Kotba Maltin.
  5. Xuereb, P. & Galea, M. (2017). Curtain Up! Theatre in Malta (1963-2015). Malta: Midsea.
Supplementary Reading List
  1. Cremona, A. (1968). Il-Fidwa tal-Bdiewa. Malta: Progress Press.
  2. Chetcuti, Ġ. (1963). Il-Kerrejja. Malta: L-Awtur.
  3. Diacono, Ġ. (1987). L-Ewwel Jien u Drammi oħra. Alta: Melitensia Publications.
  4. Ebejer, F. (1977). Il-Ħadd fuq il-Bejt. Malta: Klabb Kotba Maltin.
  5. Buttigieg A. (2003). Ir-Rewwixta tal-Qassisin. Malta: Agius & Agius Ltd.
  6. Ebejer, F. (2010). Menz. Malta: Klabb Kotba Maltin.
  7. Ebejer, F. (1977). Karnival. Malta: Klabb Kotba Maltin.
Skip to content