Search

MMLT104
It-Tagħlim tat-Taħdit u s-Smigħ fil-Malti: Pedagoġija u Assessjar

MQF Level: 7

ECTS Value: 2 ECTS

Self Study Hours: 24

Contact Hours: 10

Assessment Hours: 16

 

Overall Objectives and Outcomes

Flimkien mal-kitba u l-qari, it-taħdit u s-smigħ huma elementi essenzjali biex jirnexxilna ntejbu l-litteriżmu fost l-istudenti tas-sekondarja. Din l-unità twassal għarfien dwar it-tagħlim tal-Malti mitħaddet u aspetti oħrajn tal-komunikattiva bil-Malti. Il-parteċipanti jitgħallmu joħolqu u jħejju l-materjal u r-riżorsi tagħhom għat-tagħlim tas-smigħ u tat-taħdit, u japplikaw fil-prattika bosta teoriji u mudelli mill-pedagoġija. L-unità tlaqqa’ elementi teoretiċi ma’ esperjenzi prattiċi biex il-parteċipanti jkollhom tagħrif mil-letteratura li jkunu kapaċi jadattawh għaċ-ċirkostanzi reali fil-klassijiet. 

Din l-unità tħejji lill-parteċipanti għal ambjenti tat-tagħlim li jinvolvu kemm studenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom, u studenti oħrajn li l-Malti hu t-tieni lingwa jew saħansitra lingwa barranija. Din l-unità tfasslet skont il-prinċipji u l-prattiki tat-tagħlim u skont il-mudelli u l-kriterji tal-assessjar tal-ħiliet tat-taħdit u s-smigħ tal-Malti fil-livell sekondarju. Matul din l-unità tiġi ppreżentata letteratura dwar it-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ fil-livell sekondarju biex il-parteċipanti jkollhom l-opportunità jirriflettu fuqha, japplikawha għall-kuntesti tagħhom, u jikkritikawha. Għalkemm din hi unità separata mill-bqija, trid tiġi mgħallma f’kuntesti usa’ ta’ ħiliet oħrajn bħall-kitba u bħall-qari u l-fehim.

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Janalizzaw b’moħħ kritiku r-riċerka u l-prattiki li ġew mgħallma.

b. Joħolqu lezzjonijiet oriġinali għat-taħdit u s-smigħ skont il-proċessi, l-approċi u t-teoriji mgħallma, u jħejju riżorsi mmirati għall-istudenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom u anki għall-istudenti li l-Malti hu t-tieni lingwa tagħhom, jew saħansitra lingwa barranija.

c. Iħejju eżerċizzji u materjal bil-Malti (fosthom, elettroniċi) dwar is-smigħ u dwar it-taħdit għall-klassijiet tas-sekondarja.

d. Ifasslu sensiela ta’ lezzjonijiet f’sekwenza li jittrattaw it-taħdit u s-smigħ b’mod separat jew flimkien, u jinkorporawha fil-pjanifikazzjoni tal-lezzjonijiet. Jevalwawhom b’mod kritiku.

e. Ikunu kapaċi jassessjaw il-ħiliet fit-taħdit u s-smigħ tal-Malti fost studenti ta’ livelli differenti.


Knowledge 

a. Jagħrfu l-importanza tat-taħdit u s-smigħ fil-proċess tat-tagħlim.

b. Ikunu kapaċi jiddistingwu b’mod prattiku bejn l-istudenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom u l-istudenti li l-Malti hu t-tieni lingwa tagħhom, jew saħansitra lingwa barranija.

c. Jagħrfu l-kumplessità tal-proċess tat-taħdit, l-artikolazzjoni u l-pronunzja tal-kliem, hekk kif imżewweġ mal-ħsieb. Jagħrfu l-varjetajiet u d-differenzi bejn kelliema-semmiegħa differenti.

d. Jissuġġerixxu referenzi elettroniċi mogħnija b’riżorsi jew materjal relatati mat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ, u jekk ikunu b’lingwi oħrajn, ikunu kapaċi japplikawhom għat-tagħlim tal-Malti.

e. Jikkritikaw prattiċi li jitħaddmu fit-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ u japplikawhom għaċ-ċirkostanzi fil-klassijiet tagħhom.

f. Jirreferu għal letteratura rikonoxxuta dwar it-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ li hi adegwata għall-għalliema tal-lingwi fil-livell sekondarju


Skills

a. Iħejju lezzjonijiet xierqa għat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ maħsuba għal klassijiet differenti fil-livell sekondarju bħala parti minn pjan ta’ ħidma ħolistiku li jorbot mal-ħiliet l-oħra tal-lingwa, fosthom il-kitba u l-qari u l-fehim.

b. Jikkomunikaw l-eżiti tat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ mal-istudenti b’mod interessanti u li jimmotivahom, u jinkludi b’mod prattiku, il-prattiki u l-metodoloġija ppreżentati lilhom f’din l-unità.

c. Joħolqu materjal u riżorsi għat-tagħlim tat-taħdit u tas-smigħ skont il-livelli u l-kapaċitajiet differenti tal-istudenti.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Assenjament.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Black, V., McNorton, M., Malderez, A., u Parker, S. (1992) Speaking: Advanced. Ir-Renju Unit: Oxford University Press.
  2. Brown, G. & Yule, G. (1995) Teaching the Spoken Language. Ir-Renju Unit: Cambridge University Press.
  3. Camilleri Grima, A. u Portelli, T. (2002) Stedina għat-Tagħlim fis-Sekondarja. Malta: Dyad Publications.
  4. Ellis, R. u Tomlinson, B. (1987) Speaking: Intermediate. Ir-Renju Unit: Oxford University Press.
  5. Klippel, F. (1984) Keep Talking: Communicative Fluency Activities for Language Teaching. Ir-Renju Unit: Cambridge University Press.
  6. Maclure, M., Phillips, T. & Wilkinson, A. (ed.) (1988). Oracy matters: The development of talking and listening in education. Milton Keynes: Open University Press.
  7. Mercer, N. (2008). ‘Talk and the development of reasoning and understanding’. Human Development. 51: 90-100.
  8. Muscat, T. (2001) ‘Is-smigħ’, F’A. Camilleri Grima (ed.) Skaluni għat-Tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja. Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
  9. Palmer, E (2014) Teaching the Core Skills of Listening and Speaking. Alexandria: ASCD.
  10. Sammut, A. (2000). L-Evalwazzjoni tal-Malti mitkellem fil-ħames klassi tas-sekondarja (Teżi mhux ippubblikata tal-MA). Malta: L-Università ta’ Malta.
  11. Sammut, A. (2001) ‘It-taħdit’, F’A. Camilleri Grima (ed.) Skaluni għat-Tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja. Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
  12. Underhill, N. (1987) Testing Spoken Language: A Handbook of Oral Testing Techniques. Ir-Renju Unit: Cambridge University Press.
  13. Wilkinson, A. (1970). ‘The concept of oracy’. The English Journal. 59(1): 71-77.
  14. http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/
  15. https://malti.skola.edu.mt/sillabi-godda/
Supplementary Reading List
  1. Coles, J. (2005). ‘Strategic voices? Problems in developing oracy through interactive whole class teaching’. Changing English, 12(1): 113-123.
  2. Coultas, V. (2015). ‘Revisiting debates on oracy: Classroom talk: moving towards a democratic pedagogy?’ Changing English. 22(1): 72-86.
  3. Dobie, B.A. (1977). ‘Oracy: A necessary dimension of the educated person?’ Theoria: A Journal of Social and Political Theory. 48: 71-76.
Skip to content