Search

MMLT105
It-Tagħlim tal-Metalingwa: Pedagoġija u Assessjar

MQF Level: 7

ECTS Value: 2 ECTS

Self Study Hours: 12

Contact Hours: 5

Assessment Hours: 8

 

Overall Objectives and Outcomes

Din l-unità tittratta l-lingwa li tiddeskrivi l-lingwa, jiġifieri l-lingwa użata fid-deskrizzjonijiet lingwistiċi tal-Malti. Hi unità mfassla biex tlaqqa’ lill-parteċipanti mal-kunċetti ewlenin tal-metalingwa, u mal-prattiki u t-terminoloġija bażika u kumplessa mħaddma fil-kitbiet lingwistiċi. Ilsienna żviluppa ġmielu f’dan il-qasam lingwistiku u għaldaqstant jixraq li l-parteċipanti jkollhom ħakma soda tal-metalingwa biex jużawha fil-proċess tat-tagħlim tal-Malti u fl-assessjar tal-istudenti tas-sekondarja, fi friegħi ewlenin bħall-ortografija, il-punteġġjatura, il-morfoloġija u s-sintassi. F’din l-unità, il-parteċipanti jesploraw it-tekniki, il-lingwaġġ u l-glossarji li ntużaw f’kitbiet bil-Malti ta’ lingwisti ewlenin rikonoxxuti għall-kontribut tagħhom għall-grammatika u l-lingwistika Maltija. Il-parteċipanti jitħarrġu f’kitbiet u deskrizzjonijiet sempliċi ta’ dan it-tip, biex iħaddmu l-għodod tal-preċiżjoni u r-reqqa, u jiksbu esperjenza prattika fit-taħdit lingwistiku tekniku bil-Malti. 

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Iħaddmu l-lingwaġġ mir-reġistru lingwistiku biex jiddeskrivu kunċetti sempliċi u kumplessi mill-grammatika u l-lingwistika tal-Malti, fi friegħi ewlenin bħall-ortografija, il-punteġġjatura, il-morfoloġija u s-sintassi.

b. Jimxu ma’ mudelli ewlenin fl-iżvilupp ta’ terminoloġija lingwistika bħala kontribut għal Glossarju jew Dizzjunarju Lingwistiku bil-Malti.

c. Iħejju lezzjonijiet bil-Malti dwar xi qasam lingwistiku biex juru li kapaċi jiddeskrivu kunċetti lingwistiċi bil-Malti fil-prattika.

d. Iħaddmu l-metalingwa fil-klassijiet u jassessjawha skont mudelli stabbiliti.


Knowledge 

a. Jitħarrġu fl-għarfien u fl-użu tar-reġistru lingwistiku bil-Malti fi friegħi ewlenin bħall-ortografija, il-punteġġjatura, il-morfoloġija u s-sintassi.

b. Jitlaqqgħu ma’ kitbiet u deskrizzjonijiet lingwistiċi ta’ lingwisti ewlenin u jagħrfu l-importanza li dawn il-kitbiet jagħnuhom u jżommuhom aġġornati mal-iżviluppi fil-lingwa.

c. Jagħrfu l-importanza ta’ tħaddim preċiż tal-metalingwa fil-klassi biex l-istudenti jkunu esposti għal tagħlim lingwistiku aktar xjentifiku.

d. Japprezzaw il-letteratura lingwistika tal-Malti li diġà ġiet ippubblikata f’journals u pubblikazzjonijiet lokali u barranin li tgħinhom fl-awtotaħriġ u biex iżommu ruħhom aġġornati mal-aktar deskrizzjonijiet riċenti ta’ lsienna.

e. Jirriflettu fuq il-prattiki ppreżentati u diskussi waqt din l-unità, u fuq l-importanza ta’ għarfien fil-metalingwa bħala parti mill-proċess tant utli biex ikunu kapaċi jifhmu r-riżorsi disponibbli fit-tagħlim tal-lingwa u biex jesploraw kunċetti grammatikali ġodda li jgħinuhom iwasslu tagħlim aktar preċiż.

f. Ifittxu materjal lingwistiku, jisiltu eżempji ta’ metalingwa u jagħnu l-ġabriet personali tagħhom bħala parti minn proċess kontinwu ta’ żvilupp personali f’din il-lingwa.


Skills

a. Jifhmu kitbiet lingwistiċi bil-Malti u dwar il-Malti, fi friegħi ewlenin bħall-ortografija, il-punteġġjatura, il-morfoloġija u s-sintassi.

b. Jużaw il-metalingwa fil-kitbiet tagħhom, fil-lezzjonijiet, fl-eżerċizzji, fl-ispjegazzjonijiet u jadattawhom għal etajiet, ħiliet u livelli ta’ studenti differenti.

c. Iwasslu kunċetti bażiċi tal-metalingwa lill-istudenti u jassessjawhom fuqhom.

d. Jikkontribwixxu għat-terminoloġija lingwistika bil-Malti, permezz ta’ mudelli diġà stabbiliti fil-kitbiet ippubblikati.

e. Jaqraw kitbiet lingwistiċi bil-Malti u jkunu kapaċi jifhmu kunċetti tekniċi li jintużaw fid-deskrizzjoni tal-lingwa.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Diskussjoni fil-forum, Assenjament.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Ellis, R. (2012) Language Teaching Research and Language Pedagogy. Ir-Renju Unit: Blackwell Publishing.
  1. Kumaravadivelu, B. (2005) Understanding Language Teaching: from Method to Postmethod. Taylor & Francis Inc.
  2. http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/
  3. https://malti.skola.edu.mt/sillabi-godda/
Supplementary Reading List
  1. Crystal, D. (2008) A Dictionary of Linguistics and Phonetics. Ir-Renju Unit: Blackwell Publishing.

Skip to content