MMLT106
It-tagħlim tal-Letteratura: Pedagoġija u Assessjar
F’dan il-modulu se ninvestigaw dan l-irwol fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tal-Malti. Il-parteċipanti ta’ dan il-kors se jesploraw ir-rumanz, id-dramm, in-novella u l-poeżija fil-kuntest kulturali u popolari tas-soċjetà Maltija fi żminijiet u epoki differenti. Flimkien se naraw il-kontribuzzjoni importanti tagħhom kemm fl-evoluzzjoni akkademika u intelletwali tal-istudenti kif ukoll fil-ħajja tagħhom, issa u fil-futur. Nesploraw ukoll l-użu tal-lingwa fil-letteratura u x’tirrifletti. Il-parteċipanti tal-kors japplikaw dan kollu biex ifasslu u jippreparaw il-lezzjonijiet tagħhom għas-sena partikolari li se jgħallmu.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jirrifletti fuq it-twemmin u l-opinjonijiet personali, u l-prattiċi professjonali fil-kuntest ta’ teoriji letterarji u prattiċi tat-tagħlim tal-letteratura fil-Malti;
b. Joħloq lezzjonijiet tal-letteratura fil-proża u fil-poeżija fil-kuntest kulturali u popolari Malti b’mod li l-istudenti jidentifikaw ruħhom iktar mal-letteratura li qed jistudjaw.
c. Imexxi b’mod effettiv l-istudenti biex ikunu kapaċi janalizzaw il-letteratura b’mod li fil-klassi tirrelata mar-realtà soċjo-politika kontemporanja biex issir iktar reali għall-istudenti.
a. Jidentifikaaspett tal-lingwa użata skont il-ġeneru u ż-żmien li fih inkitbet il-letteratura
b. Jiddeskrivi x’inhi l-letteratura u għaliex hija importantissima fit-tagħlim tal-Malti.
c. Jidentifika l-użu tal-midja bħat-televixin, it-tagħlim interattiv u l-internet fit-tagħlim tal-letteratura.
d. Jidentifika il-metodi ta’ tagħlim li jistgħu jkunu effettivi u li jistgħu jintużaw biex jagħmlu l-esperjenza tal-istudent fl-istudji tal-letteratura waħda effettiva.
a. Janalizza biċċa xogħol letterarja u jifhimha fit-totalità tagħha fil-kuntest partikolari li tkun inkitbet fih.
b. Joħloq materjal biex jimmotiva lill-istudenti tiegħu għal dik il-biċċa xogħol letterarja partikolari u skont l-etajiet tal-istudenti fil-klassi.
c. B’mod kritiku joħloq strateġiji ta’ tagħlim differenti skont l-istudenti fil-klassi anke biex jesponihom għall-messaġġ ewlieni tal-kittieb u għal-lingwa użata.
This module will be assessed through: Diskussjoni fil-forum, Assenjament.
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2023 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: