MMLT207
It-Tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija
It-tagħlim tal-ilsien Malti llum qed jiffaċċja realta ġdida: il-bżonn tat-tagħlim tal-ilsien Malti bħala t-tieni lingwa. L-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji huma ta’ tliet tipi: Maltin li jitkellmu bil-Malti, Maltin li ma jitkellmux bil-Malti u barranin. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet imsemmija fl-aħħar hawn għalhekk ħolqu l-bżonn biex l-għalliema tal-Malti jkunu mħejjija kemm biex jgħallmu l-Malti għal kelliema nattivi kif ukoll lil studenti li jew huma barranin jew Maltin li ma jitkellmux bil-Malti. Hu propju għalhekk ukoll li nħoloq sillabu ġdid tal-Malti bħala ilsien barrani li jirrikonoxxi dan il-bżonn fis-soċjeta’ tagħna. Bħala effett dirett ta’ dan ir-rikonoxximent, hemm bżonn ukoll ta’ taħrig għal tagħlim li jinkludi il-kompetenzi kollha fit-tagħlim tal-lingwa (il-kitba, il-qari, is-smigħ, u t-taħdit) u metodi diversi ta’ tagħlim li l-għalliema jridu jaddattaw għal dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet diversi. Hu proprju dan li qed joffri dan il-modulu: taħriġ adekwat lill-għalliema tal-Malti bħala lsien barrani jgħinhom jiksbu ċerti ħiliet biex jagħrfu dawn il-bżonnijiet ta’ studenti diversi fil-klassijiet tagħhom u jkunu kapaċi, bħala għalliema tal-Malti bħala t-tieni lsien, ifittxu u joħolqu riżorsi addattati għal dan it-tip ta’ tagħlim.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jimplimentaw metodi ta’ tagħlim differenti, applikati għat-tagħlim tal-Malti bħala lsien barrani;
b. Jimplimentaw l-aħjar metodi ta’ tagħlim li jistgħu jużaw f’ċirkostanzi ta’ klassijiet differenti;
c. Jadattaw t-tagħlim tagħhom biex jutilizzawh għall-aħjar tal-istudenti tagħhom biex iwassluwhom għal kompetenzi meħtieġa.
a. Jifhmu xi jfisser bilingwiżmu u x’jistgħu jkunu l-effetti tiegħu fuq l-istudent.
b. Jelenkaw il-metodi differenti ta’ tagħlim, li jridu japplikaw mal-istudenti tagħhom.
c. Li jkunu konxji ta’ liema tip ta’ xogħol hu l-iktar addattat għal dawn it tip ta’ studenti.
d. Ikunu konxji kif l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni differenti, anke l-mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ midja soċjali (social media) jistgħu jgħinu lil dawn l-istudenti jiksbu ħiliet t’espressjoni bil-Malti li hi iktar idjomatika.
e. Jiddefinixxu x’inhuma l-bżonnijiet tal-istudenti barranin tal-Malti u kif dawn il-bżonnijiet huma differenti minn studenti nattivi tal-Malti
a. Jevalwa b’mod kritiku u juża l-aħjar riżorsi biex jgħallem il-Malti bħala lingwa barranija.
b. Jippjanaw il-lezzjonijiet tagħhom billi jaddattaw il-materjal li jintuża fil-lezzjoni skont il-bżonn tal-istudenti differenti.
c. Janalizza x’inhi s-sitwazzjoni fil-klassi tiegħu u joħloq l-aħjar materjal għal-lezzjonijiet tiegħu.
d. Jkun kapaċi juża metodi ta’ tagħlim diversi.
This module will be assessed through: Prezentazzjoni, Assenjament.
Refer to the resources in Section 7 entitled: Il-MALTI GĦALL-BARRANIN in the Lista biblijografika ta’ riżorsi lingwistiċi tal-Malti compiled by The National Council for the Maltese Language which can be retrieved from http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/news-details?nwid=182&ctid=20&ctref=pubblikazzjonijiet
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: