Search

MPRI102
Pedagoġija u Assessjar tal-Malti fil-klassi primarja: għarfien tal-lingwa u t-tagħlim tal-erba’ ħiliet

ECTS Value: 2 ECTS

Contact Hours: 10

Self Study Hours: 24

Assessment Hours: 16

 

Overall Objectives and Outcomes

Din l-unità għandha l-għan li tiżviluppa fil-parteċipanti, l-għarfien tal-erba’ ħiliet tal-lingwa kif ukoll il-kompetenza sabiex jgħallmu l-erba’ ħiliet tal-Malti lil studenti tal-Primarja. F’dan il-kors se jiġu ppreżentati approċi ta’ kif wieħed jippjana t-tagħlim tal-Malti fil-Primarja, filwaqt li jitħaddmu prattiċi tat-tagħlim effettivi għat-tagħlim fil-ħiliet tas-smigħ, tat-taħdit, tal-qari u tal-kitba.

 

Ladarba s-sistema edukattiva tagħna miexja minn sillabi preskrittivi għal tagħlim ibbażat fuq il-kisbiet mit-tagħlim, din l-unità tipprepara ‘l parteċipanti sabiex jiżviluppaw il-ħiliet pedagoġiċi u tal-assessjar b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim li fuqu huma mibnija l-programmi tal-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti.

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a) Jidentifikaw liema huma l-kisbiet minn ħiliet differenti li jistgħu jintrabtu flimkien.

b) jiżviluppaw pjan ta’ ħidma msejjes fuq il-kisbiet mit-tagħlim u l-approċ tematiku.

ċ) Jippjanaw lezzjonijiet b’attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar biex jintlaħqu l-kisbiet fil-ħiliet kollha tal-lingwa.

d) Jikkonsolidaw fil-prattika teoriji li ltaqgħu magħhom f’din l-unità.

Knowledge 

  1. a) janalizzaw u jifhmu l-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim u t-terminoloġija marbuta miegħu.
  2. b) jevalwaw r-rabta bejn il-kisba, l-attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar.
  3. c) jidentifikaw u jipproponu siti uffiċjali fejn isibu d-dokumentazzjoni li tgħinhom jibnu l-pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet.
  4. d) japprezzaw ir-riċerka lokali u barranija dwar it-tagħlim tal-kisbiet u l-approċ tematiku.
  5. e) jirriflettu fuq prattiċi pedagoġiċi tat-tagħlim diskussi waqt din l-unità.

Skills

  1. a) ifasslu pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet, l-età ,iż-żmien disponibbli u l-interessi tal-istudenti;
  2. b) jiddeterminaw liema huma l-attivitajiet għat-tagħlim l-aktar effettivi biex tintlaħaq il-kisba meta qed jippjanaw il-lezzjoni.
  3. c) joħolqu materjal u riżorsi li jgħinuhom jilħqu l-kisbiet u jassessjawhom waqt li qed jippjanaw il-lezzjoni.
  4. d) ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisbiet.
  5. e) iħaddmu prattiċi pedagoġiċi skont il-ħiliet li qed jgħallmu.

 

Assessment Methods

Din l-unità se tiġi assessjata permezz ta’ assenjament.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Varun, A. (2004): Thematic Approach for effective communication   in ECCE in International Journal of Education and Psychological Research (IJEPR) Volume 3, September 2014.
  2. http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/
  3. https://malti.skola.edu.mt/sillabi-godda/


Su
pplementary Reading List

  1. Kennedy, D. (2007): Writing and using learning outcomes: A Practical Guide, Cork: Quality Promotion Unit, University College Cork: http://www.nairtl.ie/
  2. Kennedy, D. (2007): Writing and using learning outcomes: A Practical guide, in Froment, E, Kohler J, Purser L and Wilson L (eds): EAU Bologna Handbook- Making Bologna Work, article C 3.4-1 (Berlin: Raabe Verlag)
  3. Adam, S. (2004): Using Learning Outcomes: A consideration of the nature, role, application and implications for European education of employing learning outcomes at the local, national and international levels. Report on the United Kingdom, Bologna Seminar, July 2004, Herriot-Watt University.
  4. Angelo, T,A. and Cross, K.P. (1993): Classroom Assessment Technique: A handbook for College Teachers (2nd Edition) San Fransisco: Joss-Boss Inc.
  5. Zahra, T. (2007) Il-Kitba Kreattiva, Merlin Publishers.
  6. Spiteri, A. (1998) It-tagħlim tal-Kitba bil-Malti bħal lsien Nattiv: Proposta Paradigmatika u Metidoloġika. Teżi M.A. Lingwistika, L-Università ta’ Malta.
  7. Pang, E.S.,Muaka, A., and Bernhardt, E.B. (2003): Teaching reading. International Acadamy of Education, International Bureau of Education.
  8. Mc Carthy, M. and O’ Keeffe, A. (2004): Research in the Teaching of Speaking, Annual Review of Applied Linguistics, Cambridge University Press.

 

Skip to content