BMLT310
Is-Semantika Lessikali fil-Malti
X’inhu l-istudju tas-Semantika? X’inhi s-Semantika lessikali? X’inhi d-differenza bejn omonimi, omografi, omofoni? X’inhuma I-peronimi u l-iponimi? X’inhuma t-trasferiment u l-ispostament? X’inhu l-irwol tal-metafora u l-metonimija fil-bdil tat-tifsir tal-kelma? X’inhu l-irwol tad-dizzjunarju u t-teżawru fl-istudju tas-Semantika? Dawn u mistoqsijiet oħra se jitwieġbu fil-medda ta’ dan il-modjul. Dan il-modjul se jitratta l-aspetti l-iktar importanti fl-istudju tas-Semantika u kif dawn jidhru fil-Malti.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jispjega x’jinvolvi l-istudju tas-Semantika fil-Malti;
b. Jagħti eżempji xierqa tal-proċessi tal-Malti fis-Semantika;
c. Jqabbel dawn l-eżempji m’eżempji simili f’lingwi oħra (L-Ingliż per eżempju);
d. Jispjega it-tipi differenti ta’ metafora u metonimija.
a. Jaf id-differenza bejn Semantika lessikali u dik tas-sentenza;
b. Jifhem il-proċessi diversi tagħha u kif dawn jaħdmu fil-bdil tat-tifsir tal-kliem fil-Malti;
c. Jifhem l-irwol tad-dizzjunarju u t-teżawru;
d. Jispjega il-komponenti diversi tat-tifsir u s-sehem tagħhom fil-proċess tal-bdil tat-tifsir tal-lessema.
a. Jispjega x’jinvolvi l-istudju tas-Semantika;
b. Jiddistingwi bejn il-proċessi varji tal-bdil fit-tifsir tal-lessema;
c. Janalizza s-Semantika fuq livell lessikali;
d. Jispjega t-trasferment u l-ispostament tat-tifsira tal- lessema.
This module will be assessed through: Assenjament dwar is-suġġett. Il-parteċipant irid jaqra u jevalwa materjal li ssib online dwar is-suġġett u jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu. (100%)
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links