MMLT101
L-Ippjanar skont il-kisbiet mit-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti.
Din l-unità tikkumplimenta l-unitajiet l-oħrajn tal-pedagoġija u l-assessjar fil-ħiliet differenti tal-lingwa. Fiha jiġu ppreżentati l-kisbiet mit-tagħlim li jridu jintlaħqu permezz tat-tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja u kif dawn jistgħu jintrabtu flimkien fl-ippjanar u fil-lezzjonijiet. Jiġi mistħarreġ kif dan kollu jidħol fil-qafas tal-approċċ tematiku waqt l-ippjanar ta’ pjan ta’ ħidma msejjes fuq il-kisbiet tal-erba’ ħiliet.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jiżviluppaw pjan ta’ ħidma msejjes fuq il-kisbiet mit-tagħlim u l-approċ tematiku.
b. Jippjanaw lezzjonijiet b’attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar biex jintlaħqu l-kisbiet.
c. Jikkonsolidaw fil-prattika teorija li ltaqgħu magħhom f’din l-unità.
d. Joħolqu materjal u riżorsi li jgħinuhom jilħqu l-kisbiet u jassessjawhom.
a. Jiddefinixxu u jifhmu l-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim u t-terminoloġija marbuta miegħu.
b. Jevalwaw ir-rabta bejn il-kisba, l-attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar.
c. Jipproponu siti uffiċjali fejn isibu d-dokumentazzjoni li tgħinhom jibnu l-pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet.
d. Japprezzaw ir-riċerka lokali u barranija dwar it-tagħlim tal-kisbiet u l-approċ tematiku.
e. Jirriflettu fuq prattiċi tajbin tat-tagħlim diskussi waqt din l-unità.
f. Jidentifikaw liema huma l-kisbiet minn ħiliet differenti li jistgħu jintrabtu flimkien.
a. Ifasslu pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet, l-età iż-żmien disponibbli u l-interessi tal-istudenti.
b. Jiddeterminaw liema huma l-attivitajiet għat-tagħlim l-aktar effettivi biex tintlaħaq il-kisba.
c. Ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisbiet.
This module will be assessed through: Assenjament
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links