MMLT104
It-Tagħlim tat-Taħdit u s-Smigħ fil-Malti: Pedagoġija u Assessjar
Flimkien mal-kitba u l-qari, it-taħdit u s-smigħ huma elementi essenzjali biex jirnexxilna ntejbu l-litteriżmu fost l-istudenti tas-sekondarja. Din l-unità twassal għarfien dwar it-tagħlim tal-Malti mitħaddet u aspetti oħrajn tal-komunikattiva bil-Malti. Il-parteċipanti jitgħallmu joħolqu u jħejju l-materjal u r-riżorsi tagħhom għat-tagħlim tas-smigħ u tat-taħdit, u japplikaw fil-prattika bosta teoriji u mudelli mill-pedagoġija. L-unità tlaqqa’ elementi teoretiċi ma’ esperjenzi prattiċi biex il-parteċipanti jkollhom tagħrif mil-letteratura li jkunu kapaċi jadattawh għaċ-ċirkostanzi reali fil-klassijiet.
Din l-unità tħejji lill-parteċipanti għal ambjenti tat-tagħlim li jinvolvu kemm studenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom, u studenti oħrajn li l-Malti hu t-tieni lingwa jew saħansitra lingwa barranija. Din l-unità tfasslet skont il-prinċipji u l-prattiki tat-tagħlim u skont il-mudelli u l-kriterji tal-assessjar tal-ħiliet tat-taħdit u s-smigħ tal-Malti fil-livell sekondarju. Matul din l-unità tiġi ppreżentata letteratura dwar it-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ fil-livell sekondarju biex il-parteċipanti jkollhom l-opportunità jirriflettu fuqha, japplikawha għall-kuntesti tagħhom, u jikkritikawha. Għalkemm din hi unità separata mill-bqija, trid tiġi mgħallma f’kuntesti usa’ ta’ ħiliet oħrajn bħall-kitba u bħall-qari u l-fehim.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Janalizzaw b’moħħ kritiku r-riċerka u l-prattiki li ġew mgħallma.
b. Joħolqu lezzjonijiet oriġinali għat-taħdit u s-smigħ skont il-proċessi, l-approċi u t-teoriji mgħallma, u jħejju riżorsi mmirati għall-istudenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom u anki għall-istudenti li l-Malti hu t-tieni lingwa tagħhom, jew saħansitra lingwa barranija.
c. Iħejju eżerċizzji u materjal bil-Malti (fosthom, elettroniċi) dwar is-smigħ u dwar it-taħdit għall-klassijiet tas-sekondarja.
d. Ifasslu sensiela ta’ lezzjonijiet f’sekwenza li jittrattaw it-taħdit u s-smigħ b’mod separat jew flimkien, u jinkorporawha fil-pjanifikazzjoni tal-lezzjonijiet. Jevalwawhom b’mod kritiku.
e. Ikunu kapaċi jassessjaw il-ħiliet fit-taħdit u s-smigħ tal-Malti fost studenti ta’ livelli differenti.
a. Jagħrfu l-importanza tat-taħdit u s-smigħ fil-proċess tat-tagħlim.
b. Ikunu kapaċi jiddistingwu b’mod prattiku bejn l-istudenti li l-Malti hu l-ilsien nattiv tagħhom u l-istudenti li l-Malti hu t-tieni lingwa tagħhom, jew saħansitra lingwa barranija.
c. Jagħrfu l-kumplessità tal-proċess tat-taħdit, l-artikolazzjoni u l-pronunzja tal-kliem, hekk kif imżewweġ mal-ħsieb. Jagħrfu l-varjetajiet u d-differenzi bejn kelliema-semmiegħa differenti.
d. Jissuġġerixxu referenzi elettroniċi mogħnija b’riżorsi jew materjal relatati mat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ, u jekk ikunu b’lingwi oħrajn, ikunu kapaċi japplikawhom għat-tagħlim tal-Malti.
e. Jikkritikaw prattiċi li jitħaddmu fit-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ u japplikawhom għaċ-ċirkostanzi fil-klassijiet tagħhom.
f. Jirreferu għal letteratura rikonoxxuta dwar it-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ li hi adegwata għall-għalliema tal-lingwi fil-livell sekondarju
a. Iħejju lezzjonijiet xierqa għat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ maħsuba għal klassijiet differenti fil-livell sekondarju bħala parti minn pjan ta’ ħidma ħolistiku li jorbot mal-ħiliet l-oħra tal-lingwa, fosthom il-kitba u l-qari u l-fehim.
b. Jikkomunikaw l-eżiti tat-tagħlim tat-taħdit u s-smigħ mal-istudenti b’mod interessanti u li jimmotivahom, u jinkludi b’mod prattiku, il-prattiki u l-metodoloġija ppreżentati lilhom f’din l-unità.
c. Joħolqu materjal u riżorsi għat-tagħlim tat-taħdit u tas-smigħ skont il-livelli u l-kapaċitajiet differenti tal-istudenti.
This module will be assessed through: Assenjament.
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links