Search

BMLT204
Il-Moderniżmu

MQF Level: 6

ECTS Value: 5 ECTS

Self Study Hours: 60

Contact Hours: 25

Assessment Hours: 40

Duration: 10 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

Dan il-kors għandu l-għan li jistudja u jesplora l-Moderniżmu fil-letteratura Maltija, kemm fin-narrattiva kif ukoll fil-poeżija. Fid-diversi xogħlijiet letterarji li nkitbu f’dan il-perjodu se nixtarru l-prinċipji ewlenin tal-Moderniżmu, u kif evolva mir-Romantiċiżmu. Naraw kif dawn il-kittieba użaw il-letteratura bħala mezz biex iġibu lis-soċjetà konxja li trid tinbidel, fir-realtà politika ġdida ta’ Malta Indipendenti. L-Indipendenza tal-1964, setgħet tfisser li l-kundizzjoni Nazzjonali kienet waslet f’fażi ġdida li fiha seta’ jikber il-Moderniżmu f’Malta. Dan il-perjodu huwa magħruf ukoll bħala t-tieni nofs tas-seklu 20, immarkat bil-kisba tal-Indipendenza. Se niddiskutu u nanalizzaw rumanzi u poeżiji u naraw l-elementi u l-karatteristiċi tal-letteratura Moderna, li hija żvilupp ta’ dik tal-ewwel nofs tas-seklu 20. Naraw kif fil-Moderniżmu l-kittieba u l-poeti tawna ritratt tas-soċjetà Maltija f’din ir-realtà politika ġdida, imma m’esprimewx sentiment, ma faħħrux, iżda b’mod razzjonali ħarsu lejn dak ta’ madwarhom u wasslulna l-protesta u l-kritika tagħhom. Nifhmu li l-messaġġ kien wieħed biex is-soċjetà taġġorna mar-realtà soċjo-politika taż-żmien. Il-kittieba u l-poeti riedu li l-Indipendenza politika twassal ukoll għall-Indipendenza mentali u intelletwali. F’dawn il-lekċers se nistudjaw ukoll il-poeżija Moderna u se nanalizzaw il-prosodija tal-poeżija Moderna, u naraw id-differenza minn dik tal-poeżija Romantika.

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Janalizza biċċa xogħol letterarja Moderna fil-kuntest soċjali u letterarju Modern;

b. Jislet mix-xogħlijiet letterarji li jkollu fis-sillabu l-karatteristiċi tal-letteratura Moderna u jkun kapaċi jagħrafha;

c. Japprezza u juri lill-istudenti l-importanza tal-letteratura fil-formazzjoni tagħhom ta’ ċittadini denji Maltin;

d. Jfiehem u jispjega lill-istudenti kemm hija importanti l-letteratura biex ikollna soċjetà li taħseb iktar u li tifhem u tgħix l-Indipendenza politika anke fuq livell personali, mentali u intellettwali;

e. Jgħallem ir-rabta ċara u siewja bejn il-letteratura u l-istorja ta’ Malta.

Knowledge 

a. Jiddeskrivi teoriji letterarji u l-karatteristiċi ewlenin marbuta mal-letteratura Moderna;

b. Jirrakkonta ir-realtà soċjali, politika, storika, tradizzjonali taż-żmien relatat mal-perjodu Modern;

c. Jiddistingwi bejn il-prosodija, l-istil ta’ kitba, il-lingwa u l-vokabularju użat fil-lettaratura Romantika, speċjalment fil-poeżija;

d. Jifhem l-istorja u r-realtà politika taż-żmien inkwistjoni u l-importanza tiegħu biex iktar nifhmu l-letteratura.

Skills

a. Jinterpreta u jispjega b’mod ċar il-letteratura Moderna li jkollu fis-sillabu, u x’jagħmilha differenti mir-Romantika;

b. Jagħraf, jislet u jwassal il-karatteristiċi tal-letteratura Moderna fix-xogħlijiet letterarji li jrid jgħallem, u jispjega b’mod ċar x’jagħmilhom Moderni;

c. Janalizza l-letteratura Moderna fil-kuntest soċjali li fih inkitbet u jagħraf jislet ukoll tagħrif soċjali, politiku u kulturali barra dak letterarju.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Assenjament (100%), li fih il-parteċipanti jintalbu riflessjonijiet, elementi, karatteristiċi u temi diskussi fil-letteratura Moderna, li ġew analizzati u diskussi fil-klassi.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Bejn Ħaltejn, l-Antoloġija tas-SEC retrieved from
  2. https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/esil-malti-antoloija/
  3. Saliba, C. D. (2024). Lehma Fehma (4th Ed.), BDL Publishing.
  4. Attard, Josette. L-Estetika Maltija – Antoloġija Kritika. Mireva, 1997.
  5. Sammut, Patrick. Tieqa fuq Kittieba Maltin. DeLaSalle Pubblications, 2003.
  6. Briffa, Charles. Il-Letteratura Maltija – L-Istorja tan-Narrattiva. Malta University Pubblications, 2008.
  7. Kuiper, Kathleen. (https://www.britannica.com/topic/The-Waste-Land)
  8. Adam, J. Modernism in Literature. Definition, Characteristics, Examples and More. (https://essaypro.com/blog/modernism-in-literature)
Supplementary Reading List
  1. Friggieri, Oliver. L-Istramb.
  2. Friggieri, Oliver. Il-Gidba.
  3. Zahra, Trevor. Ħdejn in-Nixxiegħa
  4. Camilleri, J.J. L-Għar tax-Xitan
  5. Sammut, Frans. Il-Gaġġa.
  6. Sant, Alfred. L-Ewwel Weraq tal-Bajtar.
  7. Borg, Paul P. Bejn Mara u Qassis.
  8. Balzan, Rena. Ilkoll ta’ Nisel Wieħed.
  9. Friggieri, Oliver. Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel
  10. Grech Ganado, Maria.
  11. Serracino Inglott, Peter. Ilħna Mkissra
  12. Sciberras, Philip.
  13. MATSEC Maltese Syllabus (Intermediate & Advanced Level) retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/
  14. SEC Maltese Syllabus (Ordinary Level) retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/syllabi/SEC
  15. Maltese School Based Assessment retrieved from https://www.um.edu.mt/matsec/markingschemesandexemplars/
Skip to content