BMLT205
L-Ortografija tal-Malti
Dan il-module tal-ortografija tal-Malti huwa ddisinjat biex itejjeb u jirfina l-ħiliet ortografiċi tal-parteċipant. L-ortografija hija aspett fundamentali f’komunikazzjoni effettiva bil-kitba, u għaldaqstant dan il-module huwa mfassal biex jgħin lill-parteċipanti tal-livelli kollha jtejbu l-eżattezza tal-ortografija tagħhom. F’dan il-module se jingħata wkoll taħriġ prattiku dwar l-użu effettiv tar-regoli ortografiċi tal-Malti filwaqt li tingħata ħarsa lejn il-ħiliet pedagoġiċi u tal-assessjar fil-programmi varji tal-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Itejjeb l-ħiliet ortografiċi tiegħu;
b. Itejjeb l-kwalità ġenerali tal-kitba tiegħu;
c. Jikteb b’ortografija preċiża f’kuntesti professjonali u akkademiċi;
d. Jagħti spinta lill-ħiliet tal-kunfidenza u tal-komunikazzjoni;
e. Isir kittieb aktar kunfidenti u kompetenti.
a. Jidentifika oqsma fil-qasam ortografiku fejn għandhom bżonn aktar prattika;
b. Jifhem l-ispellija tal-kliem;
c. Jevalwaw il-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti fil-livelli kollha;
d. Jevalwaw Deċiżjonijiet 1 u Deċiżjonijiet 2;
e. Jitħarreġ f’oqsma diversi tal-ortografija.
a. Jaħkem r-regoli u x-xejriet ortografiċi tal-lingwa Maltija;
b Jaħkem reġistru lessikali komuni li jgħin lill-istudenti jespandu l-vokabularju tagħhom, it-tifsir tiegħu u kif għandhom jinkitbu;
c. Jħaddem diversi tekniki u strateġiji biex jgħin lill-istudenti jiftakru l-ortografija korretta tal-kliem;
d. Jagħti attenzjoni speċjali lill-omofoni (kliem li jinħass l-istess iżda jinkitbu differenti b’tifsiriet differenti) u żbalji ortografiċi komuni;
e. Jiżviluppa il-ħila li jagħmel qari ta’ provi tax-xogħol tiegħu u jikkoreġi l-iżbalji ortografiċi;
f. Jagħmel valutazzjoni billi jkejjel t-titjib tiegħu fl-ortografija.
This module will be assessed through: Assenjament (90%) li fih jintalab riflessjonijiet u prattiċi marbuta ma dak li ġie mgħallem matul l-unità. Parti żgħira mill-assessjar se jkun marbut mal-parteċipazzjoni (10%) tal-parteċipant (parteċipazzjoni fuq il-forum).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: