Search

BMLT206
Il-Morfoloġija u s-Sentenza Nominali

MQF Level: 6

ECTS Value: 3 ECTS

Self Study Hours: 36

Contact Hours: 15

Assessment Hours: 24

Duration: 6 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

X’inhi l-morfoloġija? X’inhi l-morfema?  Kif taħdem is-sistema morfoloġika tal-Malti? X’inhi d-differenza bejn il-morfoloġija derivattiva u inflettiva? X’inhuma l-proċessi morfoloġiċi li l-Malti juża l-iktar fit-tiswir tal-lessiku? X’inhi s-sentenza nominali? X’inhu x-xebh morfoloġiku bejn il-Malti u l-Għarbi (speċjalment djalettali)? Dawn u mistoqsijiet oħra se jitwieġbu f’dan il-kors dwar il-morfoloġija.   Il-parteċipant se jingħata tagħrif dwar l-iktar proċessi  bażiċi universali  tal-morfoloġija u kif dawn jitħaddmu  fil-Malti. 

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Joħolqu materjal u riżorsi li jgħinuhom jilħqu l-għan li jgħallmu s-sistemi morfoloġiċi tal-Malti;

b. Jidentifikaw il-proċessi morfoloġiċi li jħaddem l-ilsien Malti;

c. Jipprezentaw lill-istudenti tipi differenti ta’ morfemi u x’inhu l-irwol tagħhom fil-binja tal-lessema;

d. Janalizzaw tipi differenti ta’ sentenzi nominali fil-Malti

Knowledge 

a. Jifhem x’inhi l-morfoloġija, speċjalment tal-ilsien Malti;

B. Jifhem is-sehem tal-morfema fil-binja tal-ilsien;

c. Jagħraf id-differenza bejn iż-żewġ sistemi morfoloġiċi tal-Malti iżda wkoll kif dawn jaħdmu flimkien;

d. Jifhem x’inhi s-sentenza nominali u d-differenza minn tipi ta’ sentenzi/frażijiet oħra fil-Malti.

Skills

a. Jifhem sew x’inhi l-morfoloġija;

b. Jifhem sew kif taħdem is-sistema morfoloġika tal-Malti u mnejn hi ġejja;

c. Jgħaddi lill-istudenti prospettivi tiegħu tagħrif dwar dan;

d. Jiddistingwi bejn sentenzi differenti u janalizzahom skont it-taħriġ li jkun ingħata fil-kors.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Assenjament dwar is-suġġett.  Il-parteċipant irid jaqra u jevalwa materjal li ssib online dwar is-suġġett u jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu. (100%)

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Fabri Ray. (2010) Maltese. In: Revue belge de philologie et d’histoire, tome 88, fasc.
  2. Spagnol, M. (2021) Il-Morfoloġija Inflettiva u Derivattiva. Aċċent, 20, 12-14. Id-Dipartiment tal-Ilsien Malti tal-Kummissjoni Ewropea
  3. Holloway J.E. (2003) What is a Nominal Sentence?
  4. Cardona, T. (1997). Introduzzjoni għal-Lingwistika Maltija. Mireva Publications.
  5. Hoberman, R. D. (2007). Maltese morphology. In: A. Kaye (Ed.) Morphologies of Asia and Africa (pp. 257-281). Eisenbrauns.
  6. Lucas C. & Čéplö, S. (2020). Maltese. In: C. Lucas & S. Manfredi (Eds.), Arabic and contact-induced change,(pp. 265–302). Language Science Press
  7. Hoberman, R. D. (2007). Maltese morphology. In: A. Kaye (Ed.) Morphologies of Asia and Africa (pp. 257-281). Eisenbrauns.
  8. Werner, L. (2004) Europe’s New Arab Conenction, retrieved from https://archive.aramcoworld.com/issue/200406/europe.s.new.arabic.connection.htm
  9. Wilmsen, D. (2021). Maltese: A Peripheral Dialect in the Historical Dialectology of Arabic. In: K. Ryding & D. Wilmsen (Eds.), The Cambridge Handbook of Arabic Linguistics, (pp. 244–74). Cambridge University Press.
  10. Zammit, M. R. (2006). Unrecognizable Arabic-Maltese: The innovative Maltese element in the Maltese language. In: S. Mejri (ed.), L’arabe dialectal: enquêtes, descriptions, interprétations. Actes d’AIDA 6. Travaux offerts au professeur Taieb Baccouche, (pp. 487–498). Imprimerie Officielle de la République Tunisienne.
Supplementary Reading List
  1. Borg C., Gatt A. Morphological Analysis for the Maltese Language (2017)
  2. Aquilina, J. (1999) Maltese/English/Maltese Dictionary. Midsea Books.
  3. Borg, K. (1998) Lingwa u Lingwistika. Klabb Kotba Maltin
  4.  
Skip to content