BMLT102
It-Tagħlim tal-Malti
Il-kritika letterarja tgħarbel u tanalizza kitba letterarja (silta ta’ proża jew poeżija) għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħsieb u l-forma u tagħraf il-ġmiel u, jekk ikun hemm, anki n-nuqqasijiet. Il-kritika letterarja tkattar fil-qarrej l-apprezzament tal-letteratura. L-għan ta’ din l-unità hu li l-parteċipanti jsiru midħla tal-aspett xjentifiku tal-kritika letterarja u jakkwistaw fehim aktar għammieq dwar l-analiżi ta’ test. Jifhmu aħjar x’inhi l-kritika letterarja u x’jirrikjedi eżattament l-analiżi ta’ test, sew jekk hi silta ta’ proża, kif ukoll kitba poetika. Il-parteċipanti jiksbu wkoll aktar tagħrif dwar x’nifhmu b’ġeneru, x’inhi l-prosodija, it-termini letterarji, ix-xbieha (bħal metafora, fost oħrajn), il-lessiku, struttura, stil u ton fost oħrajn. ll-għarfien li l-parteċipanti jakkwistaw minn dan il-modjul jgħinhom biex jiggwidaw lill-istudenti istruwittivament tajjeb sabiex ikunu jistgħu jagħmlu analiżi ta’ test skont is-sengħa u skont dak kollu mitlub u mistenni mill-kritiku letterarju.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jgħin lill-parteċipanti fit-tagħlim tajjeb u siewi tal-kritika letterarja;
b. Jkabbar l-għarfien u l-apprezzament tal-lettaratura Maltija;
c.Jagħti interpretazzjoni korretta ta’ ċerti aspetti li jolqtu n-narrattiva;
d. Jgħallem u jagħti lill-istudenti tagħrif utli li jgħinhom jiddistingwu u jifhmu d-differenzi bejn il-forom ta’ kitba ta’ proża;
e. Jgħallem u jagħti lill-istudenti tagħrif utli li jgħinhom jiddistingwu u jifhmu d-differenzi bejn il-forom ta’ kitba ta’ proża narrattiva;
f. Jgħallem u jagħti lill-istudenti tagħrif utli li jgħinhom jiddistingwu u jifhmu d-differenzi bejn il-forom tar-rumanz;
g. Jifhem li xogħol letterarju, sew jekk inhi poeżija kif ukoll silta ta’ proża, mhu xejn għajr interazzjoni bejn moħħ (il-ħsieb) u qalb (l-emozzjoni) l-awtur.
a. Jifhem li dak li jogħġob lil persuna mhux bilfors jogħġob lil xi ħadd ieħor, u għalhekk il-kritika letterarja taf tkun soġġettiva;
b. Jifhem li d-diskors miktub jgħin fil-proċess tal-ħars lura u r-riflessjoni ta’ x’kien li ħass u qanqlu fit-test bħala qarrej jew semmiegħ;
c. Jagħraf iħaddem tajjeb l-arti tal-kritika letterarja li tinvolvi l-analiżi ta’ test partikulari;
d. Jifhem li permezz tal-prinċipji tal-kritika letterarja, bil-metodi u l-vokabularju speċjalizzat tagħha, ikun jista’ janalizza l-esperjenza tal-qari, jipprova jistħarriġha u forsi wkoll jinterpretaha, skont xi qafas partikulari;
e. Jiddeskrivi ż-żewġ fażijiet fil-proċess tal-kritika prattika;
f. Jiskopri t-teknika neċessarja tat-tagħlim li tgħinu jressaq lill-istudenti li jkun jgħallem, lejn il-kapaċità li titlob l-arti tal-kritika;
g. Jagħraf li l-istudenti kollha jistgħu jitgħallmu u jiżviluppaw f’qarrejja kompetenti ta’ testi letterarji;
h. Jifhem aħjar il-bżonn li jixpruna l-istudenti jirriflettu, jirriċerkaw f’libreriji u fl-internet, jiddjalogaw u jiddibattitu u jgħin l-istudenti jifhmu kemm il-kritika letterarja taf tkun personali u soġġettiva.
a. Jiddistingwi bejn ġeneri differenti ta’ kitba letterarja;
b. Jifhem x’inhi l-metrika jew il-prosodija Maltija;
c. Jiddistingwi bejn il-forom differenti tal-metafora;
d. Jiddistingwi bejn il-forom differenti ta’ umoriżmu u jifhem l-iskop tal-użu tagħhom fil-letteratura;
e. Jifhem x’inhi l-ironija, it-tħaddim tagħha u l-għan tal-awtur meta jużaha;
f. Jifhem li fil-kritika ta’ test il-qarrej jipprova jinterpreta dak li ried jikkomunika l-kittieb permezz tal-kelma miktuba;
g. Ikollu għarfien ta’ kif jagħmel kritika prattika tajba ta’ test letterarju;
h. Jikseb l-għarfien ta’ kif wieħed japprezza u jifhem aħjar li l-kritika letterarja hi eżerċizzju xjentifiku għax titlob tħaddim ta’ teknika partikulari marbuta ma’ analiżi ta’ test letterarju;
h. Isir midħla tat-terminoloġija marbuta mal-kritika letterarja, kif ukoll it-termini letterarji, li l-awtur ikun inqeda bihom fit-test li kiteb;
j. Ikollu għarfien tal-proċess li jwassal l-istudenti biex japprezzaw u jieħdu gost aktar bil-letteratura;
k. Ikollu idea ċara ta’ kif għandu jinkiteb komponiment tal-kritika prattika, sew ta’ poeżija kif ukoll silta ta’ proża;
l. Ikollu għarfien tajjeb tat-termini letterarji l-aktar misjuba f’kitbiet letterarji.
This module will be assessed through: Il-parteċipanti jippreparaw lezzjoni għall-kritika prattika li huma jagħtu lill-istudenti tagħhom. Għal dan il-għan il-parteċipanti jaħdmu fi gruppi. Il-kobor ta’ kull grupp jiddependi min-numru ta’ parteċipanti rreġistrati għal dan il-modjul. (40%), Assenjament – Kritika letterarja ta’ silta ta’ proża jew poeżija. Jingħataw żewġ siltiet ta’ proża u żewġ poeżiji u l-parteċipanti jagħżlu waħda. (60%).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2023 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: