BMLT208
It-Tagħlim tal-Letteratura
Din l-unitá hija mfassla fuq il-prinċipji u l-prattiċi tat-tagħlim u l-assessjar tat-tagħlim tal-letteratura fil-Medja u fis-Sekondarja. Fid-dawl tal-kisbiet mit-tagħlim tas-sillabi tal-Malti f’dawn is-setturi, se jiġu mistħarrġa metodi ta’ tagħlim tal-letteratura wara li l-parteċipanti jesploraw u jirriflettu b’mod kritiku l-esperjenza letterarja tagħhom. Il-parteċipanti japprezzaw r-relevanza soċjali tal-letteratura Maltija kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik kontemporanja li tinkludi l-letteratura għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Fil-kuntest ta’ dan kollu għalhekk, il-letteratura ma tkunx mgħallma f’iżolament mill-ħiliet l-oħra tal-lingwa.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jevalwaw b’mod kritiku, r-riċerka u l-prattiċi li ġew preżentati lilhom;
b. Jirriflettu fuq il-prattiċi tagħhom skont dak li tgħallmu u jtejbuhom;
c. Jippjanaw lezzjonijiet oriġinali skont il-proċessi, l-approċi u t-teoriji ppreżentati lilhom u oħrajn li jiltaqgħu magħhom waqt l-istudju tagħhom.
a. Jirriflettu b’mod kritiku fuq it-teoriji u l-approċi ppreżentati lilhom;
b. Jipproponu siti uffiċjali b’riżorsi u qari dwar it-tagħlim tal-letteratura;
c. Janalizzaw prattiċi tajbin u jikkritikaw b’mod kostruttiv prattiċi oħrajn li jintużaw fit-tagħlim tal-letteratura;
d. Jirreferu għal testi barranin u internazzjonali dwar it-tagħlim tal-letteratura.
a. Jiżviluppaw lezzjonijiet addattati għat-tagħlim tal-letteratura għal-livelli differenti fil-Medja u fis-Sekondarja bħala parti minn pjan ta’ ħidma li jorbot mal-ħiliet l-oħra tal-lingwa;
b. Jagħżlu testi letterarji li l-istudent jista’ jirrelata magħhom u li jirriflettu l-esperjenzi tagħhom u għalhekk il-letteratura tiġi ppreżentata bħala arti li hi ħajja, awtentika u li wieħed jista’ jirrelata magħha;
c. Jikkomunikaw l-kisba mit-tagħlim tal-letteratura mal-istudenti b’mod interessanti u li jimmotivahom;
d. Joħolqu rubrics/metodi għall-assessjar tal-letteratura;
e. Jinkludu b’mod prattiku, il-prattiċi u l-metidoloġija ppreżentata lilhom f’din l-unità;
f. Joħolqu materjal u riżorsi għat-tagħlim tal-kitba skont l-etajiet, il-gosti u l-abbiltajiet tal-istudenti.
This module will be assessed through: Assenjament (90%) li fih jintalab riflessjonijiet u prattiċi marbuta ma dak li ġie mgħallem matul l-unità. Parti żgħira mill-assessjar se jkun marbut mal-parteċipazzjoni (10%) tal-parteċipant (parteċipazzjoni fuq il-forum).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2023 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: