BMLT309
Is-Sintassi tal-Malti
L-għan ta’ dan il-modjul hu li jiżviluppa fil-parteċipanti għarfien reżiljenti tal-binja tas-sentenza fil-Malti li hi l-qofol tal-kitba. Bis-saħħa t’hekk il-parteċipanti jiksbu l-għarfien ta’ kif iħaddmu tajjeb is-sentenzi, u jakkwistaw fehim aktar għammieq dwar il-binja tas-sentenza fil-Malti li jwassalhom biex jibnu paragrafi tajbin u jiktbu Malti tajjeb. Jintroduċi wkoll lill-parteċipant għas-sentenzi subordinati; dik nominali, aġġettivali u avverbjali.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jagħraf li s-sentenza hija għaqda ta’ kliem li tifforma grupp jew sett komplet u li, għalhekk, hija magħluqa fiha nfisha;
b. Jħaddem il-forom differenti tas-sentenza fil-Malti;
c. Jikseb idea ta’ analizi sintattika;
d. Jorbot flimkien u jqassam kif jixraq il-kliem fis-sentenzi biex jinbena d-diskors u s-sentenza;
e. Jagħmel analiżi sintattika tas-sentenzi subordinati fi ħdan is-sentenza kumplessa.
a. Jifhem ir-regoli tas-sintassi li huma:
b. Jiddefinixxi x’inhu s-Suġġett u x’inhu l-Predikat f’sentenza;
c. Jispjega t-tifsira u l-binja ta’ sentenzi Interrogattivi, dawk Negattivi u dawk ta’ Projbizzjon;
d. Jiddistingwi bejn sentenza subordinata nominali, dik aġġettivali u dik avverbjali;
e. Jifhem li bil-formulazzjoni ta’ sentenza wieħed għandu jagħti kas ta’ kif is-sentenza tkun mibnija fil-wiċċ;
f. Jifhem kif is-sentenza tkun mibnija fil-qiegħ tagħha;
g. Jispjega is-sekwenza ta’ kif bil-kliem nibnu l-frażijiet, il-frażijiet jibnu s-sentenzi, is-sentenzi jibnu l-paragrafi u li l-paragrafi jibnu l-komponiment jew il-kitba partikulari fit-totalità tagħha;
h. Jagħraf u jifhem li s-sintassi hija dik il-parti mill-grammatika li tgħallem kif torbot flimkien u tqassam kif jixraq il-kliem fis-sentenzi biex jinbena id-diskors.
a. Jagħmel distinzjoni bejn is-sentenza sempliċi u dik subordinata;
b. Jagħmel distinzjoni bejn tliet tipi ta’ sentenzi subordinati – nominali, aġġettivali u avverbjali;
c. Jiddeskrivi x’inhu l-kunċett tas-sintassi u li kull lingwa ghandha s-sintassi tagħha, għax is-sintassi hija pjuttost flessibbli;
d. Jifhem x’inhi sentenza ewlenija u dik subordinata.
This module will be assessed through: Numru ta’ eżerċizzji li jindirizzaw diversi aspetti tas-sintassi.
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: