BMLT311
L-Iżvilupp u l-Istorja tal-Ilsien Malti
Kif u minn fejn żviluppa l-ilsien Malti? Minn liema djaletti tal-Għarbi ġej l-ilsien Malti? X’inhuma l-karatteristiċi lingwistiċi li l-Malti jaqsam mad-djaletti tal-Għarbi li l-iktar jixbhuh? X’inhuma l-elementi l-oħra li jsawruh? Għaliex il-Malti żviluppa kif żviluppa fi lsien modern? Għaliex il-Malti jissejjaħ ilsien imħallat iżda fl-istess ħin Semitiku? Dawn (u oħrajn) huma l-mistoqsijiet li se jitwieġbu f’dan il-modjul dwar l-iżvilupp tal-ilsien Malti. Issir enfasi partikolari fuq il-morfoloġija kif ukoll il-lessiku tal-Malti u kif dawn jevokaw il-mixja storika tiegħu.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jagħraf l-elementi ewlenin tal-Malti u jiddistingwihom;
b. Jispjega kif inkisbu dawn l-elementi u għaliex;
c. Jgħin lill-istudenti tiegħu jagħrfu dawn l-elementi fil-Malti;
d. Jfiehem lill-istudenti prospettivi tiegħu liema huma t-tliet elementi kostitwenti.
a. Jirrakkonta l-istorja tal-ilsien Malti;
b. Jispjega il-mod kif żviluppa l-ilsien Malti;
c. Jiddeskrivi kif kienu integrati l-elementi li jsawruh;
d. Jifhem kif dawn l-elementi flimkien jaħdmu biex isawru lsien wieħed effettiv;
e. Jifhem il-mixja storika tal-ilsien Malti sakemm żviluppa fl-ilsien li hu llum.
a. Jiddistingwi bejn l-elementi li jsawru lill-ilsien Malti;
b. Jiddistingwi bejn l-istess elementi u kif jidhru fil-lessiku u l-morfoloġija tal-Malti;
c. Jifhem għaliex il-Malti żviluppa bħala lsien.
This module will be assessed through: Assenjament. Il-parteċipant irid jaqra u jevalwa materjal li ssib online dwar is-suġġett u jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu. (100%)
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: