BMLT312
It-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija
Fi żminijietna nħolqot realtà ġdida li fiha t-tagħlim tal-ilsien Malti jrid ikun indirizzat bħala lingwa barranija. Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jkollna għalliema tal-Malti li kapaċi jgħallmu l-lingwa nattiva tagħhom bħala lsien barrani. Dan it-tagħlim għandu jinkludi l-erba’ kompetenzi fit-tagħlim tal-lingwa (il-kitba, il-qari, is-smigħ, u t-taħdit) bħala lingwa komunikattiva, skont kif mitlub mis-sillabi. Għalhekk l-għalliema tal-Malti għandhom jiksbu l-ħiliet biex jagħrfu l-bżonnijiet ta’ studenti diversi minn kulturi differenti u jiggwidawhom sabiex jitgħallmu l-Malti. Dan iridu jagħmluh billi jippjanaw lezzjonijiet addatati u joħolqu riżorsi tajbin għat-tagħlim ta’ lingwa barranija.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jippjana lezzjonijiet u jgħallem il-Malti bħala lingwa barranija bl-użu ta’ metodoloġiji differenti imma l-aktar f’kuntest;
b. Jgħallem il-Malti bħala lingwa barranija lil studenti ta’ abiltajiet differenti u varji b’metodi addattati skont il-każ;
c. Iwassal lill-istudenti li jilħqu livell aċċettabbli tal-lingwa Maltija fl-erba’ kompetenzi tal-lingwa;
d. Jgħallem il-lingwa Maltija lill-istudenti barranin filwaqt li jrawwem fihom għarfien kulturali ta’ pajjiżna.
a. Jifhem id-differenza bejn it-tagħlim ta’ lingwa nattiva minn dak ta’ lingwa barranija;
b. Jifhem liema huma l-ħtiġijiet tal-istudenti barranin f’pajjiżna mill-aspett lingwistiku;
c. Isir konxju tal-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu f’dinja globalizzata u fir-realtà lokali;
d. Ikollu għarfien ta’ x’tip ta’ xogħol u taħriġ jista’ jwassal lill-istudenti barranin jakkwistaw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa fil-lingwa Maltija.
a. Jippjana lezzjonijiet interessanti għal studenti barranin bl-aħjar materjal u riżorsi addattati għat-tagħlim ta’ lingwa barranija;
b. Joħloq riżorsi ġodda, kreattivi kif ukoll interattivi sabiex iħeġġeġ lill-istudenti jitgħallmu l-lingwa bl-aħjar metodi;
c. Jifhem x’jixtiequ l-istudenti sabiex tikber fihom il-motivazzjoni għat-tagħlim;
d. Jevalwa l-effettività tat-tagħlim għall-kisbiet lingwistiċi tal-istudenti.
This module will be assessed through: Assenjament (90%) li fih jintalab riflessjonijiet u prattiċi marbuta ma dak li ġie mgħallem matul l-unità. Parti żgħira mill-assessjar se jkun marbut mal-parteċipazzjoni (10%) tal-parteċipant (parteċipazzjoni fuq il-forum).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2024 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: