Search

BMLT414
Il-Letteratura mis-snin Disgħin

MQF Level: 6

ECTS Value: 4 ECTS

Self Study Hours: 48

Contact Hours: 20

Assessment Hours: 32

Duration: 8 sessions

 

Overall Objectives and Outcomes

Dan il-kors għandu l-għan li jistudja u janalizza rumanzi u poeżiji li nkitbu mis-snin disgħin, seklu 20 sal-lum. Naraw kif il-letteratura qed taġġorna ruħha bl-aħħar żviluppi fin-narrattiva u fil-poeżija b’attenzjoni speċjali għal-lingwaġġ ġdid li nħoloq. Għan ieħor hu li tiġi esplorata l-estetika li qed tiġi ppreżentata minn din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba.F’dan il-kors se naraw: kif ir-rumanz u n-novelli ta’ dan il-perjodu bnew fuq dak miktub mir-Romantiċi, ir-Realisti u l-Modernisti, imma huma differenti kemm fil-kontenut kif ukoll fl-istil, kif l-istejjer li jirrakkontaw u kif jirrakkontawhom jirriflettu esperjenza umana li fetħet beraħ l-orizzonti tal-awturi. Il-fatt li bosta awturi għexu barra u bdew jivvjaġġaw ta’ spiss wassal għal dan, iżda mhux biss. Il-fatt li l-awturi bdew jaslu għand qarrejja barranin permezz tat-traduzzjonijiet letterarji kompla ta’ spinta ’l quddiem lill-awturi biex fetħu beraħ l-orizzonti tagħhom. F’dan il-kors se jiġi trattat ukoll il-fatt li din kienet ġenerazzjoni ta’ kittieba li għexet ir-rivoluzzjoni tal-informatika u kif dan affettwa r-relazzjoni bejn l-awturi u l-qarrejja tagħhom. Dan il-kors iħares lejn ġenerazzjoni ta’ awturi Maltin ta’ din l-epoka u jiffoka fuq awturi bħal Claire Azzopardi, Pierre J Mejlak, Immanuel Mifsud, Ġużè Stagno u Alex Vella Gera. F’dan il-kors se nitrattaw ukoll ġenerazzjoni ġdida ta’ poeti li bdew jesperimentaw b’lingwaġġ u temi li kienu r-riflessjoni ta’ dak li kien qed iseħħ madwarhom. Naraw kif din il-ġenerazzjoni ta’ poeti tawna poeżija li bdiet tesplora stili ġodda, mhux biss lokali imma Ewropej u lil hinn, uħud minnhom imnebbħa mil-letteratura barranija. Il-poeżija u l-proża infirxu u kibru iktar minn sempliċement Maltin. L-udjenza u l-aspirazzjonijiet tagħha kibru sew u ma baqgħux biss Nazzjonali, id-dinja tagħhom ħarġet minn Malta u kibret iktar mill-fruntieri tal-pajjiż. F’din l-unità se nużaw bżala punt ta’ riferiment il-poeżija ta’ Norbert Bugeja, Simone Galea, Karl Schembri, Adrian Grima, Nadia Mifsud u Simone Inguanez.

By the end of this programme, participants should be able to:

Competences

a. Jagħraf il-globlizzazzjoni tat-tematika narrattiva u poetika ta’ dan il-perjodu u janalizzawha

b. Jiddistingwi test letterarju kontemporanju Malti (Narrattiva u poeżija) mix-xogħlijiet tal-perjodu Romantiku, Riformista u Moderna

c. Jqabbel in-Narrattiva u l-poeżija Maltija ma’ dik barranija tal-istess perjodu letterarju.

Knowledge 

a. Jispjega teoriji letterarji tal-perjodu inkwestjoni mit-testi letterarji (Narrattiva u Poeżija).

b. Jiddeskrivi messaġġi soċjali, politiċi, letterarji u globali li l-awtur jew il-poeta ried iwassal.

c. Jiddistingwi bejn dak li jagħmel test poetiku u narrattiv kontemporanju Malti tal-perjodu inkwestjoni u x’jagħmlu differenti mix-xogħlijiet tal-perjodu Romantiku u Modern.

Skills

a. Jislet it-temi ewlenin u l-iktar importanti tat-testi letterarji u poeżiji skont il-livell ta’ studenti li se jkollu quddiemu.

b. Jifhem tant tajjeb u jwassal lill-istudenti l-karatteristij li jagħmlu test letterarju jew poeżija partikolari parti mill-perjodu mis-snin 90 ’l hawn.

c. Jinterpreta t-test tan-narrattiva jew il-poeżija fil-kuntest soċjopolitiku taż-żmien inkwistjoni, jirrelatah miegħu.

Assessment Methods

This module will be assessed through: Assenjament (100%), li fih il-parteċipanti jridu janalizzaw tema partikulari tal-perjodu inkwistjoni, jiddiskutuha u jelaboraw fuqha b’referenza għal rumanzi/novelli jew poeżiji tal-istess perjodu. Fl-assenjament se jintalbu li jirreferu għal teoriji letterarji u argumenti li se nkunu ddiskutejna waqt il-lekċers.

Suggested Readings

Core Reading List
  1. Boxall, Peter. “Twenty-First-Century Fiction: An Introduction”. Cambridge UP, 2013.
  2. O’Gorman, Daniel u Robert Eaglestone, edituri. “The Routledge Companion to Twenty-First Century Literary Fiction”. Routledge, 2019.
  3. Callus, Ivan. “Incongruity and Scale: The Challenge of Discernment in Maltese Literature.” (transcript-review,org)
  4. Shaw, Kristian. “Cosmopolitanism in Twenty-First Century Fiction”. Palgrave, 2017.
  5. Grima, Adrian. “Works in Search of a Literature.” Panorama and Perspectives. Literary Societies and Literary Museums in Europe. Berlin, 2010.
  6. Cassar, A. “Malta’s Jonah Complex.” transcript-review.org
  7. Demarco, Mattea. “Stajna Għażilna l-Kapriċċ tal-Imħabba”: Il Poeżija Soċjopolitika ta’ Adrian Grima, 2022. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA (Unuri)
Supplementary Reading List
  1. Azzopardi, Clare. Castillo. Merlin, 2018.
  2. Mejlak, Pierre J. Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid. Merlin, 2011.
  3. Mifsud, Immanuel. Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu. Klabb Kotba Maltin, 2008
  4. Stagno, Ġużè. Inbid ta’ Kuljum. Merlin, 2009
  5. Vella Gera, Alex. L-Antipodi. L-Awtur, 2010.
  6. Vella Gera, Alex. Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Merlin, 2012.
  7. Fenech, Victor. Ix-Xitwa ta’ wara s-Sjuf. Horizon, 2010.
  8. Bugeja, Norbert. (2009) Malta: Emma Delezio
  9. Galea, Simone. (2011) Xi Drabi Mqar Persuna. Malta: KKM
  10. Grima, Adrian. (2006) Rakkmu. Malta: KKM
  11. Inguanez, Simone. (2005) Ftit Mara Ftit Tifla. Malta: KKM
  12. Mifsud, Immanuel. (2016) Ħuta. Malta: KKM
Skip to content