BMLT415
Letteratura għat-tfal u għall-Adolexxenti
Din l-unità għandha l-għan li tiżviluppa fil-parteċipanti, id-definizzjoni ta’ x’inhi l-letteratura kif ukoll l-importanza tat-tagħlim effettiv tal-letteratura għat-tfal kif ukoll għall-adolexxenti. F’dan il-kors se jiġu ppreżentati approċi ta’ kif wieħed japprezza s-sabiħ u l-gost tat-tagħlim tal-letteratura fis-Sekondarja, filwaqt li jagħraf t-tagħlim kulturali u lingwistiku tal-esperjenza letterarja. Matul il-kors se jitħaddmu prattiċi tat-tagħlim effettivi għat-tagħlim ta’ apprezzament u ta’ analiżi fejn tidħol il-letteratura. Se tingħata opportunità wkoll lill-pparteċipanti li jkunu familjari ma’ kotba bil-Malti li jeżistu għat-tfal u għall-adolexxenti kemm fi ħdan is-sillabu kif ukoll qari għall-gost. F’din l-unità se jingħata wkoll taħriġ dwar l-użu tal-għodda teknoloġika għat-tagħlim tal-Malti. Ladarba s-sistema edukattiva tagħna miexja lejn sillabi preskrittivi għal tagħlim ibbażat fuq il-kisbiet mit-tagħlim, din l-unità tipprepara l-parteċipanti sabiex jiżviluppaw il-ħiliet pedagoġiċi u tal-assessjar b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim li fuqu huma mibnija l-programmi tal-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jippjanaw sett ta’ lezzjonijiet tal-letteratura għall-adolexxenti msejsa fuq it-tagħlim u l-kisbiet kif imfassla fis-sillabu bil-passi meħtieġa sabiex verament ikun hemm esperjenza letterarja;
b. Jikkonsolidaw it-teorija dwar approċi mal-prattika meta jiġu biex jgħallmu t-test letterarju u l-mistoqsijiet li jridu jsiru biex l-istudenti jinżlu fil-livell t’analiżi;
c. Japplikaw fil-prattika kif jingħażel test letterarju minn test moqri għall-gost;
d. Jimplimentaw riżorsi diġitali fit-tagħlim tal-letteratura;
e. Jorbtu t-termini letterarji skont il-livell u l-abbilta’ tal-istudenti kif infassal fis-sillabu u skont it-test letterarju x’joffri;
f. Jistabilixxu l-passi meħtieġa biex l-istudenti jkunu mħarrġa tajjeb kif jikkritikaw xogħol letterarju waħidhom għall-ewwel darba.
a. Jevalwaw ir-rabta bejn il-kisba, l-attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar skont ir-riċerka lokali u anke dik barranija;
b. Jidentifikaw u jipproponu siti uffiċjali fejn isibu d-dokumentazzjoni li tgħinhom jibnu l-pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet;
c. Jirriflettu fuq prattiċi pedagoġiċi tat-tagħlim diskussi waqt din l-unità;
d. Jevalwaw l-użu tat-teknoloġija waqt it-tagħlim tal-letteratura;
f. Jevalwaw l-użu tat-teknoloġija fil-preparazzjoni ta’ noti tal-letteratura, il-parafrażi li tingħata lill-istudenti;
g. Jidentifikaw liema huma l-kisbiet u jorbtu l-ġeneri differenti, il-metrika u t-termini oħra letterarji li jridu jiġu mgħallma skont il-livell u s-sena tal-istudenti;
h. Jiddeterminaw liema huma l-attivitajiet għat-tagħlim l-aktar effettivi biex tintlaħaq il-kisba meta qed jippjanaw il-lezzjoni;
i. Janalizzaw u jifhmu l-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim u t-terminoloġija marbuta miegħu.
a. Ifasslu pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet, l-età, iż-żmien disponibbli u l-interessi tal-istudenti;
b. Joħolqu materjal u riżorsi li jgħinuhom jilħqu l-kisbiet u jassessjawhom waqt li qed jippjanaw il-lezzjoni tal-letteratura;
c. Ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisbiet;
d. Iħaddmu prattiċi pedagoġiċi skont il-ħiliet li qed jgħallmu;
e. Joħolqu riżorsi diġitali interattivi addattati għall-kisba li jkunu qedjgħallmu tal-letteratura.
This module will be assessed through: Assenjament (90%) li fih jintalab riflessjonijiet u prattiċi marbuta ma dak li ġie mgħallem matul l-unità. Parti żgħira mill-assessjar se jkun marbut mal-parteċipazzjoni (10%) tal-parteċipant (parteċipazzjoni fuq il-forum).