BMLT416
Is-Soċjolingwistika tal-Malti
Il-modjul huwa mfassal sabiex jgħin lill-parteċipanti jeżaminaw u jispjegaw l-fenomeni soċjolingwistiċi li huma preżenti fil-komunità Maltija u fil-Malti. Se tingħata importanza partikolari fuq il-funzjoni tal-lingwa li timmudella r-relazzjoni bejn il-kuntest u l-lingwa u tipproponi li l-varjazzjoni fil-lingwa hija assoċjata jew mal-utenti tal-lingwa jew mal-użu tal-lingwa nnifisha. Għal din ir-raġuni se jiġu diskussi s-suġġetti bħas-sess, l-età u l-ġeografija, iżda se jiġu ttrattati wkoll aspetti oħra bħad-djaletti u d-diglossija u kif dawn kollha qegħdin jinbidlu u jibdlu l-Malti.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jorbtu l-użu tal-lingwa u l-kuntest ta’ dak l-użu;
b. Jorbtu t-teorija mar-realtà prattika tal-varjazzjoni tal-lingwa fil-komunità;
c. Joħorġu b’eżempji ta’ multilingwaliżmu fis-soċjetà Maltija u kif dawn jaffettwaw l-akkwiżizzjoni tal-lingwa;
d. Ikunu responsabbli sabiex jintegraw il-kunċetti soċjolingwistiċi fl-istrateġiji tat-tagħlim tal-Malti;
e. Jintegraw għodod tat-tagħlim u tal-analiżi soċjolingwistika fil-lezzjonijiet tagħhom sabiex itejbu d-diskussjonijiet dwar is-suġġett b’mod li jkun utli, iżda wkoll interessanti għall-istudenti;
f. Jimmonitorjaw u jevalwaw l-varjazzjoni lingwistika fl-ambjent tal-klassi, u jaddattaw l-approċċi tat-tagħlim biex jindirizzaw l-isfondi differenti tal-istudenti li jkollhom.
a. Jiddefinixxu termini u kunċetti soċjolingwistiċi ewlenin;
b. Jelenkaw il-varjabbli soċjolingwistiċi, bħall-età, is-sess u l-klassi soċjali – u l-influwenza tagħhom fil-klassi tal-Malti;
c. Jgħidu kif il-varjazzjoni tal-lingwa hija marbuta mal-antropoloġija, l-istudji tal-ġeneru, is-soċjoloġija u kif dawn huma relatati mal-metodu tat-tagħlim inklussiv;
d. Jifhmu u jevalwaw l-aspetti soċjolingwistiċi preżenti f’Malta u kif dawn huma preżenti fil-klassi;
e. Jifhmu l-perspettivi differenti skont il-kuntest, inklużi l-identitajiet, l-istituzzjonijiet soċjali, il-valuri kulturali, u r-relazzjoni tagħhom mal-lingwa.
a. Jinterpretaw u janalizzaw id-dejta soċjolingwistika għall-fehim tal-mudell tal-lingwa;
b. Jifhmu t-teoriji soċjolingwistiċi li jgħinuhom jispjegaw l-varazzjonijiet fil-lingwa lill-istudenti tagħhom u jipprovdulhom perspettiva komprensiva tal-iżvilupp tal-lingwa Maltija;
c. Jadattaw il-metodi tat-tagħlim tagħhom biex jakkomodaw l-isfondi lingwistiċi differenti li ġejjin minnhom l-istudenti tal-Malti u tal-Malti bħala lingwa barranija.
This module will be assessed through: Assenjament fi Grupp (60%) u Preżentazzjoni (40%).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2024 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: