BMLT417
Il-Partijiet tad-Diskors
L-għan ta’ dan il-modjul hu li l-parteċipanti jsiru midħla ta’ kif il-kliem tal-lingwa jinġabar fi klassijiet grammatikali li fil-kitba tal-ilsien Malti huma għodda neċessarja u fundamentali għall-kitba ta’ Malti tajjeb. Il-parteċipanti jakkwistaw fehim aktar għammieq dwar l-użu tal-partijiet tad-diskors fil-morfoloġija u s-sintassi tal-ilsien Malti ħalli jkunu armati b’għarfien siewi sabiex ikunu kapaċi joffru l-għajnuna meħtieġa lill-istudenti.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jħaddem il-kriterju formali biex jidentifika l-partijiet tad-diskors tal-Malti;
b. Jiżviluppa l-ħila li tgħinu jifhem id-differenza bejn l-forma grammatikali tal-kelma u s-sehem grammatikali tal-kelma f’kuntest morfo-sintattiku speċifiku;
c. Ifassal strateġiji li jgħinu l-istudenti jifhmu t-tħaddim tal-partijiet tad-diskors tal-Malti fil-kelma miktuba;
d. Ifassal strateġiji li jgħinu l-istudenti jifhmu t-tħaddim tal-partijiet tad-diskors tal-Malti fil-kelma mitkellma;
e. Jippjana lezzjonijiet fejn it-tagħlim formali tal-partijiet tad-diskors tal-Malti ma jkunx nieqes mill-prattika u l-eżattezza;
f. Jgħallem il-partijiet tad-diskors tal-Malti f’kuntest li l-istudenti jkunu jistgħu jirrelataw miegħu.
a. Jidentifika l-partijiet tad-diskors tal-Malti u jagħżel bejn l-forma grammatikali ta’ kelma u l-funzjoni grammatikali tagħha f’kuntest morfoloġiku u sintattiku partikulari;
b. Jagħraf kif fit-tagħlim tal-grammatika Maltija l-elementi varji jsibu posthom b’mod pulit jew f’regola, jew f’eċċezzjoni għar-regola;
c. Jittratta l-ilsien Malti bħala sistema kumplessa, u li titjieb u tiżviluppa kontinwament;
d. Jagħraf il-ħtieġa ta’ kitba tajba skont l-użu tajjeb tal-partijiet tad-diskors tal-Malti għax il-permanenza tal-kitba ssaħħaħ u sseddaq il-mentalità tal-kittieb u tal-qarrej;
e. Jagħraf il-ħtieġa tal-użu tajjeb tal-ilsien Malti, miktub u mitkellem skont ir-regoli tal-grammatika stabbiliti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti;
f. Jagħraf il-ħtieġa tal-użu tajjeb tal-partijiet tad-diskors;
g. Kiseb l-għarfien tar-regoli ċentrali għall-partijiet tad-diskors tal-Malti;
h. Jiggwida u jgħin lill-istudent kif juża l-partijiet tad-diskors tal-Malti skont ir-regoli mfassla mil-lingwisti u studjużi Maltin;
i. Inissel fost l-istudenti l-imħabba għall-ilsien Malti sabiex b’hekk l-istudenti ma jiffurmawx ċertu antagoniżmu lejn l-ilsien Malti.
a. Jikkomunika b’mod ċar u dirett, lill-istudenti, il-kunċetti marbutin mal-partijiet tad-diskors tal-Malti;
b. Japplika l-prinċipji tal-partijiet tad-diskors tal-Malti b’mod korrett u għalhekk ħieles mill-iżbalji;
c. Jippjana attivitajiet marbutin mal-kitba li jiggwidaw u jagħtu lill-istudent ċerta awtorizzazzjoni u fiduċjuż biżżejjed biex jagħraf juża l-partijiet tad-diskors tal-Malti kif suppost;
d. Jippjana strateġiji xierqa li jindirizzaw il-kwalitajiet tajbin u d-diffikultajiet tal-istudenti, kif ukoll il-bżonnijiet fit-tagħlim.
This module will be assessed through: Assessjat b’Assejament (70%) li fih il-parteċipanti jintalbu jiddiskutu tema minn lista li tkun ippreżentata lilhom. Pjan ta’ ħidma ta’ lezzjoni (30%).
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: