BPRI128
It-Tagħlim tal-Malti fil-Primarja.
Din l-unità għandha l-għan li tiżviluppa fil-parteċipanti, l-għarfien tal-erba’ ħiliet tal-lingwa kif ukoll ilkompetenza sabiex jgħallmu l-erba’ ħiliet tal-Malti lil studenti tal-Primarja. F’dan il-kors se jiġu ppreżentati approċi ta’ kif wieħed jippjana t-tagħlim tal-Malti fil-Primarja, filwaqt li jitħaddmu prattiċi
tat-tagħlim effettivi għat-tagħlim fil-ħiliet tas-smigħ, tat-taħdit, tal-qari u tal-kitba. Il-parteċipanti se jitħarrġu wkoll dwar kif jgħallmu l-grammatika u l-apprezzament letterarju b’mod integrat mal-erba’ ħiliet tal-lingwa. F’din l-unità se jingħata wkoll taħriġ dwar l-użu tal-għodda teknoloġika għat-tagħlim tal-Malti.
Sa tmiem il-kors, b’mod responsabbli u awtonomu, il-parteċipanti jkunu kapaċi:
a. jiżviluppaw pjan ta’ ħidma msejjes fuq il-kisbiet mit-tagħlim u l-approċ tematiku.
b. jippjanaw lezzjonijiet b’attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar biex jintlaħqu l-kisbiet fil-ħiliet kollha tallingwa.
c. jikkonsolidaw fil-prattika teoriji li ltaqgħu magħhom f’din l-unità.
d. jimplimentaw riżorsi diġitali fit-tagħlim tal-Malti.
e. japplikaw strateġiji bħal dawk tal-fonetika u s-sillabar li jgħinu fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-qari u l-kitba.
Il-parteċipanti se jiġu mħarrġa sabiex:
a. jevalwaw r-rabta bejn il-kisba, l-attivitajiet tat-tagħlim u l-assessjar.
b. jidentifikaw u jipproponu siti uffiċjali fejn isibu d-dokumentazzjoni li tgħinhom jibnu l-pjan ta’ ħidma
skont il-kisbiet.
c. japprezzaw ir-riċerka lokali u barranija dwar it-tagħlim tal-kisbiet u l-approċ tematiku.
d. jirriflettu fuq prattiċi pedagoġiċi tat-tagħlim diskussi waqt din l-unità.
e. jevalwaw l-użu tat-teknoloġija fit-tagħlim tal-erba’ ħiliet tal-lingwa.
f. jidentifikaw liema huma l-kisbiet minn ħiliet differenti li jistgħu jintrabtu flimkien.
Fi tmiem il-kors, il-parteċipanti jkunu kapaċi japplikaw il-ħila li:
a. ifasslu pjan ta’ ħidma skont il-kisbiet, l-età ,iż-żmien disponibbli u l-interessi tal-istudenti;
b. jiddeterminaw liema huma l-attivitajiet għat-tagħlim l-aktar effettivi biex tintlaħaq il-kisba meta qed
jippjanaw il-lezzjoni.
c. joħolqu materjal u riżorsi li jgħinuhom jilħqu l-kisbiet u jassessjawhom waqt li qed d. ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisbiet.
e. iħaddmu prattiċi pedagoġiċi skont il-ħiliet li qed jgħallmu.
f. joħolqu riżorsi diġitali interattivi addattati għall-ħiliet li jkunu qed jgħallmu.
g. janalizzaw u jifhmu l-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim u t-terminoloġija marbuta miegħu. jippjanaw illezzjoni.
d. ifasslu strateġiji ta’ kif jippreżentaw lill-istudenti kriterji ta’ suċċess imfassla fuq il-kisbiet.
e. iħaddmu prattiċi pedagoġiċi skont il-ħiliet li qed jgħallmu.
f. joħolqu riżorsi diġitali interattivi addattati għall-ħiliet li jkunu qed jgħallmu.
g. janalizzaw u jifhmu l-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim u t-terminoloġija marbuta miegħu.
This module will be assessed through: Assenjament (100%) li fih jintalab riflessjonijiet u prattiċi marbuta ma
dak li ġie mgħallem matul l-unità.
Core Reading List
1. Varun, A. (2004): Thematic Approach for effective communication in ECCE in International
Journal of Education and Psychological Research (IJEPR) Volume 3, September 2014.
2. http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/
3. https://malti.skola.edu.mt/sillabi-godda/
4. Barreras Gomez, A. (2010): How to use tales for the teaching of Vocabulary and Grammar in the
Primary Education English Class. Resla 23, 31-52 retrieved from:
a. https://www.researchgate.net
5. Demir, S. and Erdogan, A. (2017): The role of teaching Grammar in first
6. Language Education. European Journal for Educational Research Volume 7 Issue 1. 67-101.
7. L., H. (2017, Ottubru 30). SAMR Model: A Practical Guide for EdTech Integration. Retrieved from
Schoology Exchange: https://www.schoology.com/blog/samr-model-practical-guide-edtechintegration.
8. Gatt, P. (2015). The use of ICT in the teaching of Maltese and teachers’ concerns. Malta Review of
Educational Research, 9(1), 99-114.
Supplementary Reading List
1. Kennedy, D. (2007): Writing and using learning outcomes: A Practical Guide, Cork: Quality
Promotion Unit, University College Cork: http://www.nairtl.ie/
2. Kennedy, D. (2007): Writing and using learning outcomes: A Practical guide, in Froment, E, Kohler J,
Purser L and Wilson L (eds): EAU Bologna Handbook- Making Bologna Work, article C 3.4-1 (Berlin:
Raabe Verlag)
3. Adam, S. (2004): Using Learning Outcomes: A consideration of the nature, role, application and
implications for European education of employing learning outcomes at the local, national and
international levels. Report on the United Kingdom, Bologna Seminar, July 2004, Herriot-Watt
University.
4. Angelo, T,A. and Cross, K.P. (1993): Classroom Assessment Technique: A handbook for College
Teachers (2nd Edition) San Fransisco: Joss-Boss Inc.
5. Zahra, T. (2007) Il-Kitba Kreattiva, Merlin Publishers.
6. Spiteri, A. (1998) It-tagħlim tal-Kitba bil-Malti bħal lsien Nattiv: Proposta Paradigmatika u
Metidoloġika. Teżi M.A. Lingwistika, L-Università ta’ Malta.
7. Pang, E.S.,Muaka, A., and Bernhardt, E.B. (2003): Teaching reading. International Acadamy of
Education, International Bureau of Education.
8. Mc Carthy, M. and O’ Keeffe, A. (2004): Research in the Teaching of Speaking, Annual Review of
Applied Linguistics, Cambridge University Press.
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links