MMLT103
It-Tagħlim tal-Qari bil-Malti: Pedagoġija u Assessjar
Din l-unità hija mfassla skont il-prinċipji u l-prattiki tat-tagħlim u l-assessjar tal-ħiliet fil-qari tal-Malti fil-livell sekondarju. L-unità tlaqqa’ lill-parteċipanti mal-kunċetti pedagoġiċi ewlenin fejn jidħol it-tagħlim tal-qari fil-klassi u barra mill-klassi, u anki mad-diversi paradigmi u mudelli stabbiliti li jistgħu jitħaddmu f’dan il-kuntest ta’ tagħlim lingwistiku. Tgħammar lill-parteċipanti bl-għarfien meħtieġ biex iwasslu ħakma bażika fil-qari mexxej. It-tagħlim tal-qari mexxej hu kompitu iebes li jżewweġ il-ħeffa tar-rikonoxximent tal-kliem mal-fehim. Matul din l-unità tiġi ppreżentata letteratura dwar it-tagħlim tal-qari fost l-istudenti tas-sekondarja biex il-parteċipanti janalizzaw, jiddiskutu u jikkritikaw. Għalkemm din hi unità separata mill-bqija, trid tiġi mgħallma f’kuntesti usa’ ta’ ħiliet oħrajn bħall-kitba, il-fehim u s-smigħ.
By the end of this programme, participants should be able to:
a. Jaddottaw approċċ ibbażat fuq ir-riċerka u l-prattiċi li ġew preżentati lilhom;
b. Jiżviluppaw riżorsi fuq il-prattiċi tagħhom u skont dak li tgħallmu jtejbuhom;
c. Jippjanaw lezzjonijiet oriġinali skont il-proċessi, l-approċi u t-teoriji ppreżentati lilhom u oħrajn li jiltaqgħu magħhom fil-letteratura;
d. Joħolqu materjal u riżorsi għat-tagħlim tal-qari skont l-etajiet, il-gosti u l-abbiltajiet tal-istudenti.
a. Jirriflettu fuq it-teoriji u l-approċi ppreżentati lilhom;
b. Janalizzaw prattiċi tajbin u jikkritikaw b’mod kostruttiv prattiċi oħrajn li jintużaw fit-tagħlim tal-qari;
c. Jirreferu għal letteratura rikonoxxuta u internazzjonali dwar it-tagħlim tal-qari.
a. Iħejju lezzjonijiet xierqa għat-tagħlim tal-qari maħsuba għal klassijiet differenti fil-livell sekondarju bħala parti minn pjan ta’ ħidma ħolistiku li jorbot mal-ħiliet l-oħra tal-lingwa, fosthom il-kitba u s-smigħ;
b. Jikkomunikaw l-eżiti tat-tagħlim tal-qari mal-istudenti b’mod interessanti u li jimmotivahom, u jinkludi b’mod prattiku, il-prattiki u l-metodoloġija ppreżentati lilhom f’din l-unità;
c. Jjipproponu siti uffiċjali b’riżorsi u kontenut dwar it-tagħlim tal-qari.
This module will be assessed through: Assenjament.
The Institute for Education is a Further and Higher Education Institution with Licence number 2016-006
Popular Links
© 2025 Institute for Education | Accessibility Statement
Web Design and Development in Malta:
Web Design and Development in Malta: